Left arrow Go Back

IL-MINISTRU LOUIS DEGUARA JINDIRIZZA L-KONFERENZA "INFECTION CONTROL"

PR1699
Date Icon 01/12/2000


Id-Divizjoni tas-Saħħa hija konxja li waħda mill-akbar problemi fil-qasam mediku internazzjonali hi r-reżistenza għall-antibiotiċi. Il-Gvern kostantement isegwi wkoll dak li qiegħed ji'ri f'pajjiżna f'dan il-qasam. '�alhekk matul l-aħħar sena, il-Gvern ħatar grupp multidixxiplinarju biex jevalwa s-sitwazzjoni lokali. Dan qalu l-Ministru tas-Saħħa Louis Deguara waqt konferenza dwar "Infection Control".

Fir-rapport finali tiegħu dan il-grupp semma diversi punti dwar l-operat fl-isptarijiet, kemm ta' l-Istat kif ukoll privati. Fid-dawl ta' dan ir-rapport, id-Divizjoni tas-Saħħa matul is-sena d-dieħla se tniedi kampanja biex ittejjeb l-użu ta' antibiotiċi fl-oqsma kollha tas-saħħa. Hu ttamat li din l-inizjattiva i''ib bidla fil-kultura kemm fil-kamp tal-kura, kif ukoll fost il-pubbliku. Huwa vitali li l-pubbliku jsir konxju mill-perikli fl-użu ħażin ta' antibiotiċi u għandu jevita li jagħmel użu minnhom mingħajr riċetta tat-tabib, jew li jagħmel pressjoni fuq it-tobba biex jippreskrivu dawn il-mediċini. Dawn il-bidliet għandhom jgħinuna biex nikkontrollaw l-użu u l-abbuż ta' l-antibiotiċi kompla jgħid il-Ministru Louis Deguara.

Il-firxa ta' reżistenza għall-antibiotiċi tista' ti'i wkoll imnaqqsa billi ma nħallux bacteria reżistenti tgħaddi minn pazjent għall-ieħor. '�alhekk ikun opportun li din il-konferenza tiffoka kemm fuq l-antibiotiċi, kif ukoll fuq il-kontroll tal-firxa ta' l-infezjonijiet, peress li dawn huma relatati ma xulxin l-aktar fl-isfond tal-kura li tingħata fl-isptarijiet temm jgħid il-Ministru tas-Saħħa.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow