Left arrow Mur Lura

IL-MINISTRU FRANCIS ZAMMIT DIMECH JINDIRIZZA LILL-KAMRA TA' L-INGINIERA WAQT ATTIVIT KULTURALI FIC-CENTRU GHALL-KREATTIVIT

PR1696
Date Icon 01/12/2000

Spinta 'l quddiem lill-kultura f'pajjiżna.

Il-Ministru għall-Ambjent Francis Zammit Dimech qal li bil-livell għoli ta' ħajja li qed ngħixu fih illum hu ta' inkorra'iment naraw li l-kultura f'pajjiżna qed tingħata spinta 'l quddiem. Hu tenna li filwaqt li l-Gvern qed jipprovdi l-infrastruttura fejn isiru l-kunċerti, kif di''� għamel bir-restawr tal-Kavallier ta' San Ġakbu, fejn kien qed isir dan il-kunċert u bil-pro'ett għall-bini ta' teatru 'did li se jieħu post is-sit tat-Teatru Rjal, huma korpi bħall-Kamra ta' l-In'iniera li qed jagħtu l-kontribut tagħhom biex aktar żgħażagħ jinvolvu rwiehom f'ħidmiet kulturali u artistiċi.

Il-Ministru Francis Zammit Dimech qal li l-kunċert li kien qed ikun organizzat hu xhieda tal-kontribut li l-professjoni ta' l-in'iniera qed tagħti għall-arti u l-kultura lokali. B'din l-inizjattiva tal-Kamra ta' l-In'iniera debuttanti żgħażagħ qed jingħataw l-opportunit'� joħor'u t-talenti tagħhom f'dan iċ-Ċentru għall-Kreattivit'�. Hu qal li ċertament kien ta' sodisfazzjon għal kull pjanista li se jiddebutta f'dak il-kumpless.

Il-Ministru Francis Zammit Dimech tenna li l-kultura tagħna tagħżilna minn kull nazzjon ieħor u li l-arti Maltija hi l-aqwa reklam għal Malta. Hu qal li l-kultura hi l-identit'� tal-pajjiż u li l-kultura ħajja u rikka hi r-riżultat ta' poplu ddixxiplinat u intelli'enti li jawgura tajjeb għall-'enerazzjoni li tiela'.

Il-Ministru għall-Ambjent kellu kliem ta' tifħir għall-professjoni ta' l-in'iniera. Hu qal li l-involviment tagħhom f'qasam hekk importanti bħall-kultura juri s-serjet'� u l-impenn li bihom qed tiżviluppa din il-professjoni li f'pajjiżna hi relattivament żagħżugħa. Dan l-impenn juri li l-in'inier Malti mhux biss qed ikollu parti importanti fl-iżvilupp infrastrutturali tal-pajjiż, iżda bl-involviment tiegħu fil-qasam kulturali qed jagħti wkoll sehmu fl-evoluzzjoni kulturali ta' pajjiżna u l-poplu tiegħu.

Il-Ministru Francis Zammit Dimech faħħar ukoll l-impenn tal-Kamra ta' l-In'iniera li kunċerti u attivitajiet oħra f'kull qasam ta' l-arti qed jkunu parti integrali mill-programm ta' avvenimenti annwali li torganizza l-istess Kamra.

Il-Ministru għall-Ambjent awgura li l-professjonist ikompli jinkora''ixxi l-kultura għaliex din hi art fertili, fejn kull ċittadin jimraħ sabiex i'edded is-sens kreattiv tiegħu u hekk isir aktar kompetittiv u ta' servizz għall-poplu kollu.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow