IL-MINISTRU TAS-SAHHA JINDIRIZZA KONFERENZA TA' L-AHBARIJIET FL-OKKAZJONI TAL-WORLD AIDS DAY
Il-Gvern jemmen li ħidma mmirata biex teduka lill-poplu dwar kwistjonijiet ta' saħħa għandha tirriżulta fi kwalit'� ta' ħajja aħjar għall-poplu u hekk il-Gvern ikun f'pożizzjoni li jagħmel użu aħjar mir-riżorsi finanzjarji.
Dan qalu l-Ministru tas-Saħħa Louis Deguara, meta kien qiegħed jindirizza konferenza ta' l-aħbarijiet fl-okkażjoni tal-World Aids Day.
Malta, flimkien mad-dinja kollha, kull sena tfakkar din il-marda li sal-lum il-mediċina għadha ma sabitx kura għaliha. Il-kampanja dinjija din is-sena għandha bħala tema "Men make a Difference" u tiffoka fuq is-sehem ta' l-ir'iel fil-firxa ta' din il-marda u għandha l-għan li timpenja l-ir'iel fi sforz wieħed biex ti'i mi''ielda din il-marda prinċipalment billi: (i) l-ir'iel isiru aktar konxji tar-relazzjoni li teżisti bejn l-im'ieba tagħhom u l-HIV, (ii) tħajjar lill-ir'iel jagħmlu ħilithom biex il-marda ma tinfirixx, (iii) tippromwovi programmi indirizzati lejn il-bżonnijiet ta' l-ir'iel u tan-nisa.
Il-Ministru kompla li l-UNAIDS ter'a' tfakkar fil-bżonn li nikkontrollaw il-mard trasmess sesswalment jekk tassew irridu nsibu tarf għat-tixrid tal-HIV. Il-Gvern, f'Jannar li għadda, fetaħ il-GU Clinic li tittratta każi ta' mard trasmess sesswalment. Jidher li din il-klinika qed toffri servizz tajjeb u qed tiżdied it-talba għas-servizzi offruti f'din il-klinika. Ġie wkoll mibgħut Health Promotion Officer l-Ingilterra biex jistudja u jieħu esperjenza f'dan il-qasam.
Meta jirritorna ser ikun l-ewwel espert Malti fuq mard trasmess sesswalment u se jkun il-ħolqa prinċipali bejn ix-xogħol ta' prevenzjoni tad-Dipartiment għall-Promozzjoni tas-Saħħa u l-GU Clinic.
Il-Ministeru tas-Saħħa, permezz tad-Dipartiment tal-Promozzjoni tas-Saħħa, jaħdem bis-sħiħ biex jeduka lill-poplu dwar modi ta' kif wieħed jgħix biex ngħollu l-livell ta' kwalit'� ta' ħajja, temm jgħid il-Ministru tas-Saħħa Louis Deguara.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN