STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT
B'referenza għall-istqarrija tal-Federazzjoni Kaċċaturi, Nassaba u Konservazzjonisti, il-Ministeru għall-Ambjent ippreċiża li l-Gvern kien u għadu kommess li jkompli jbiddel ir-regolamenti, kif di'a` għamel.
Rigward it-tibdil fl-eta` minn 21 għal 18-il sena, il-Ministeru fakkar li, kif kien spjega lill-Federazzjoni, it-tibdil jista' jsir biss mill-Parlament. Dan, iżda, għadu ma kienx possibbli minħabba li din is-sena l-agenda parlamentari kienet waħda mimlija ħafna.
Il-Ministeru għall-Ambjent fakkar li kienet l-istess Federazzjoni li stqarret pubblikament li l-Ministeru kien kitbilhom li l-kwestjoni dwar it-tnaqqis fl-eta` setgħet tkun diskussa biss fil-Parlament taħt it-Trades Bill fil-bidu tas-sena d-dieħla.
Il-Ministeru għall-Ambjent tenna li kienet l-intenzjoni tiegħu li jkompli d-djalogu ma' rappreżentanti tal-kaċċaturi u n-nassaba, kif ukoll ma' l-għaqdiet ambjentali f'pajjiżna.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN