Left arrow Mur Lura

IL-MINISTRU GHAL GUSTIZZJA U GVERN LOKALI JIPPRESIEDI C-CERIMONJA TA' PREZENTAZZJONI LIR-REBBIEHA TAT-TIENI FAZI TAL-KAMPANJA NAZZJONALI "SEBBAH PAJJIZEK"

PR1685
Date Icon 30/11/2000

Il-Ministru għal Ġustizzja u Gvern Lokali Dr. Austin Gatt qal li r-regolamenti l-'odda dwar il-Kontroll tal-Klieb, ippubblikati l-bieraħ u li se jidħlu b'effett mill-1 ta' Jannar li 'ej, huma pass ieħor sabiex kulħadd jifhem dejjem aktar il-ħtie'a ta' aktar dixxiplina f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-ambjent.

Huwa qal dan meta kienu mħabbra r-rebbieħa tat-tieni fażi tal-kampanja nazzjonali "Sebbaħ Pajjiżek". Dawn it-tlett kategoriji kienu sponsorjati mill-Awtorita` Maltija tat-Turiżmu u kienu miftuħin għall-Kunsilli Lokali kollha f'Malta u '�awdex. Il-Kunsill Lokali ta' Birżebbu'a kien ippremjat fil-kompetizzjoni għall-aħjar Tisbieħ ta' Ġonna Pubbliċi u Pjazez, filwaqt li l-Qala f''�awdex ingħataw it-tieni post. Il-kompetizzjoni għall-Aktar Xatt il-Baħar Nadif intrebħet mill-Mellieħa filwaqt li l-Kunsill Lokali tax-Xagħra ''� fit-tieni post. Il-kompetizzjoni għall-Aħjar Promenade intrebħet mill-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar filwaqt li l-Kunsill ta' Wied il-Ghajn 'ie fit-tieni post. Il-premijiet għall-ewwel u t-tieni post kienu jikkonsistu f'Lm400 u Lm200 rispettivament.

Meta tkellem waqt iċ-ċerimonja ta' preżentazzjoni li saret fil-Kunsill Lokali tal-Mellieħa, il-Ministru Gatt, qal li "issa, min joħro' bil-kelb tiegħu irid i'orr fuqu borża sabiex ji'bor il-ħmie' tal-kelb – u anke min jinqabad mingħajr borża se jeħel ċitazzjoni."

Dwar il-kompetizzjoni "Sebbaħ Pajjiżek", huwa qal li hu sodisfaċenti ħafna li għal dawn it-tlett kompetizzjonijiet re'a' kien hemm rispons pożittiv ħafna minn numru ta' Kunsilli Lokali. "Dan juri l-impenn ta' l-istess Kunsilli li jippromwovu sens ċiviku bl-għan li jittejjeb l-ambjent fil-lokalitajiet kollha f'Malta u '�awdex."

Il-kompetizzjonigħall-aħjar Tisbieħ ta' Ġonna Pubbliċi u Pjazez kienet immirata għal dawk il-kunsilli lokali li l-aktar isebbħu l-'onna pubbliċi u l-pjazez fil-lokalita` tagħhom. Green areas fosthom roundabouts u traffic islands, funtani u l-ortikultura fil-'onna u l-pjazez kienu meqjusa mill-'urija.

Il-kompetizzjoni għall-Aktar Xatt il-Baħar Nadif ippremjat lil dawk il-Kunsilli Lokali bl-aħjar indafa u tiżjin f'xatt il-baħar fil-lokalita` tagħhom. Kienu kkunsidrati fost l-oħrajn l-indafa fuq ir-ramel, fuq il-blat, fil-parking areas, fuq il-mollijiet u tara'.

Fl-aħħarnett, il-kompetizzjoni għall-Aħjar Promenade kellha tippremja lill-dawk il-Kunsilli Lokali għall-aħjar indafa, il-provvediment u l-manutenzjoni ta' bankijiet, toilets u reċipjenti għall-iskart.

L-aħħar tlett kompetizzjonijiet li jmiss tal-Kampanja Sebbaħ Pajjiżek se jkunu mnedija fil-bidu ta' Diċembru. Din il-fażi tal-kampanja tinkludi L-Aħjar Sforz minn Komunita` Kummerċjali fejn se jkunu ppremjati dawk in-negozji f'żona partikolari għall-inizjattivi tagħhom li jnaddfu u jsebbħu ż-żona tagħhom. It-tieni premju se jkun għall-Aħjar Inizjattiva Kummerċjali fejn se jkunu ppremjati dawk il-Kunsilli Lokali li jiksbu l-aktar inizjattiva innovattiva u effiċjenti flimkien ma' intrapriża kummerċjali fil-lokalita`. It-tielet u l-aħħar kategorija hija L-Aħjar Indafa f'Żoni mhux Urbani, fejn se jkun ippremjat dak il-Kunsill Lokali bl-aħjar indafa f'żona mhux urbana fosthom il-manutenzjoni u t-tisbieħ ta' l-ambjent naturali.

Il-kampanja "Sebbaħ Pajjiżek" hija wkoll sponsorjata mill-Bank of Valletta, Middle Sea Valletta Life Assurance, Maltapost u Central Cigarette Co. Ltd.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow