L-ONOR. JOSEF BONNICI, MINISTRU GĦAS-SERVIZZI EKONOMIĊI, JINDIRIZZA KONFERENZA TA' L-AĦBARIJIET DWAR INĊENTIVI AKTAR ATTRAENTI GĦAL AKTAR INVESTIMENT F'MALTA
Permezz ta' li'i 'dida li qed jipproponi l-Gvern, u li se tieħu post l-Att dwar l-Iżvilupp Industrijali, il-Gvern se jkun jista' joffri pakkett 'did u aktar attraenti ta' inċentivi biex ikun attirat aktar investiment fis-settur tal-manifattura f'pajjiżna. Filwaqt li l-inċentivi eżistenti huma marbuta ma' l-esportazzjoni, l-inċentivi l-'odda, li fost l-oħrajn se jipprovdu rata mnaqqsa ta' taxxa, se jkunu mmirati lejn dawk l-intrapriżi b'valur miżjud għoli u b'potenzjal ta' impjiegi.
L-inċentivi l-'odda se jkunu applikabbli kemm għal investiment barrani, kif ukoll għal dak lokali u jolqtu l-firxa kollha tal-manifattura, b'mod speċjali prodotti ta' l-elettronika, makkinarju u tagħmir, prodotti tar-rubber u plastik, strumenti mediċi u ta' l-għajnejn, prodotti farmaċewtiċi, kemikali u botaniċi, prodotti tal-metall, vetturi, 'ojjelli u prodotti relatati oħra, u attivitajiet oħra, inkluża l-produzzjoni ta' o''etti minn materjal riċiklat.
Dan qalu l-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi Josef Bonnici, f'konferenza ta' l-aħbarijiet li fiha spjega x'se jkunu dawn l-inċentivi, kif ukoll it-tibdil li se jsir fil-li'i eżistenti.
Il-Ministru Bonnici fakkar li s-settur tal-manifattura hu wieħed mill-kolonni ewlenin ta' l-ekonomija ta' pajjiżna billi jipprovdi impjieg lil madwar 30,000 persuna jew terz tat-total ta' impjiegi fis-settur privat u għandu sehem importanti mill-Prodott Gross Domestiku.
Hu żied li għalkemm Malta toffri diversi vanta''i, anki minħabba l-pożizzjoni geografika tagħha, żdiedet ħafna l-kompetizzjoni, b'mod partikolari minn pajjiżi fl-Ewropa tal-Lvant u Ċentrali, biex ikun attirat lejn pajjiżna investment f'dan is-settur. Hu semma l-fatt li dawn il-pajjiżi, li qed iffittxu wkoll li jissieħbu fl-Unjoni Ewropea, qed di''� joffru pakketti attraenti ta' inċentivi.
Għaldaqstant, kompla l-Ministru Bonnici, inħasset il-ħtie'a li biex nilqgħu għal din il-kompetizzjoni jinħoloq pakkett aktar attraenti ta' inċentivi diretti lejn setturi partikolari u bbażat kemm fuq il-valur ta' dak li jipproduċu, kif ukoll fuq l-investiment imwettaq u fuq l-għadd ta' ħaddiema impjegati permezz ta' dan l-investiment. Permezz ta' dawn l-inċentivi jrid jinħoloq ambjent ideali ħalli jiżdied l-investiment, ikun hawn aktar innovazzjoni teknolo'ika u jkun hawn aktar ħaddiema mħarr'a.
Il-Ministru Bonnici spjega li l-li'i eżistenti, l-Att dwar l-Iżvilupp Industrijali, li saret fl-1988 u li kienet emendata fl-1993, fl-1994 u fl-1997, tipprovdi għal pakkett ta' inċentivi bl-iskop li jkun imħajjar lejn Malta kemm investiment 'did, kif ukoll espansjoni ta' dak eżistenti. Il-kunsiderazzjoni għal dawn l-inċentivi kienet ibbażata l-aktar fuq il-potenzjal ta' esportazzjoni.
Dan il-kriterju, iżda, m'għadux aktar aċċettat mill-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO), li tagħha Malta hi membru fundatur. Barra minn hekk, kompla l-Ministru Bonnici, Malta hi kommessa ma' din l-organizzazzjoni li sas-sena 2002 ma tibqax tagħti aktar inċentivi bbażati fuq l-esportazzjoni.
Kien għalhekk li l-Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi, permezz tal-Korporazzjoni Maltija għall-Iżvilupp, beda proċess biex tkun riveduta bl-aktar mod wiesa' l-li'i eżistenti. B'riżultat ta' dan l-eżerċizzju, il-Gvern wasal biex jippubblika li'i kważi 'dida, bl-isem ta' Att għall-Promozzjoni tan-Negozju, li l-aspetti effettivi tagħha se jkunu r-regolamenti li se joħor'u minnha.
Il-Ministru Bonnici għamilha ċara li għalkemm se jinbidlu l-kunsiderazzjonijiet li taħthom jingħataw l-inċentivi, dawk li di''� qed jibbenefikaw mill-inċentivi taħt il-li'i eżistenti se jibqgħu jibbenefikaw minnhom, u allura, f'dan il-każ jibqgħu fis-seħħ il-provvedimenti tal-li'i eżistenti.
Hu qal li l-li'i l-'dida se tagħti l-poter lill-Ministru li jintroduċi regolamenti 'odda jew li jemendahom kull meta tinħass il-ħtie'a. Għaldaqstant din il-li'i se tipprovdi aktar flessibbilt'� milli hemm illum u se tagħmilha aktar possibbli li jkunu mplimentati skemi addizzjonali ta' inċentivi, partikolarment meta jkun hemm il-fondi meħtie'a.
Il-Ministru Bonnici spjega li l-li'i l-'dida tinkorpora definizzjoni dettaljata ta' xi tfisser manifattura biex ikun żgurat li l-assistenza tingħata biss lil min tabilħaqq jikkwalifika għaliha. Tistabbilixxi wkoll ċerti setturi li jistgħu jikkwalifikaw għal inċentivi addizzjonali.
Hu kompla li fir-rigward ta' dawk l-intrapriżi l-'odda f'dawk l-oqsma identifikati bħala li l-aktar jippromettu, dawn se jikkwalifikaw għal rata mnaqqsa ta' taxxa fuq il-profitt tagħhom, li tkun tammonta għal 5 fil-mija fl-ewwel seba' snin; 10 fil-mija fis-sitt snin ta' wara; 15 fil-mija tul il-ħames snin ta' wara; u fis-snin ta' wara, ir-rata sħiħa li tkun applikabbli f'dak iż-żmien. Intrapriżi eżistenti se jikkwalifikaw għal rata ta' 10 fil-mija fl-ewwel sitt snin; 15 fil-mija fil-ħames snin ta' wara; u rata sħiħa fis-snin ta' wara.
Barra minn hekk, kompla l-Ministru Bonnici, inċentiv ieħor li se jikkwalifikaw għalih il-kumpanniji kollha f'dawn is-setturi identifikati, hu dak magħruf bħala investment tax credit, li fir-rigward ta' kumpanniji kbar jista' jammonta għal 50 fil-mija filwaqt li għal intrapriżi żgħar u ta' daqs medju jista' jammonta għal 65 fil-mija. Dan l-inċentiv hu marbut mal-livell ta' investiment li jsir f'perjodu speċifiku, kemm fir-rigward ta' pro'etti 'odda kif ukoll jekk hi espansjoni ta' intrapriżi eżistenti. Il-kumpanniji jkollhom l-għażla li jikkalkulaw dan il-kreditu jew bħala perċenta'' ta' l-ammont investit, jew fuq il-bażi ta' l-impjiegi maħluqa b'riżultat ta' l-investiment magħmul.
Setturi oħra tal-manifattura xorta waħda se jingħataw inċentivi, għalkemm differenti minn ta' dawk fis-setturi fuq imsemmija. Dawn l-intrapriżi se jikkwalifikaw ukoll għal tnaqqis fir-rata ta' taxxa fuq il-profitt tagħhom, iżda din se tkun kalkulata fuq kemm ikunu kapaċi jżidu l-valur miżjud tagħhom. Barra minn hekk, se jkunu intitolati għal investment allowances u għal tnaqqis fir-rata tat-taxxa fuq profitti li jkunu se ji'i investiti mill-'did. Ir-rata ta' l-investment allowance se tiżdied b'mod sinjifikanti fil-każ ta' makkinarju u tagħmir u għall-bini u strutturi industrjali.
Inċentiv ieħor hu marbut mal-ħolqien ta' impjiegi fejn intrapriżi se jkunu eli'ibbli bħal tnaqqis addizzjonali mit-taxxa fuq id-dħul jekk jimpjegaw ċerti impjegati. Dan l-ammont jista' jkun akbar jekk l-impjegat jingħata programm ta' taħri'. Il-kundizzjonijiet li taħthom intrapriżi jkunu jistgħu jikkwalifikaw għal dawn l-inċentivi jinkludu dik li l-impjegat li huma jħaddmu jrid ikun ilu jirre'istra għax-xogħol għal sentejn; u jekk l-impjegat għandu 40 sena jew aktar jew inkella hu persuna bi ħti'iet speċjali, irid ikun ilu jirre'istra għal sena. Hemm skema oħra f'każ li l-impjegat ikun ittieħed mis-settur pubbliku.
Il-Ministru Bonnici semma wkoll ir-riferenza speċjali li l-li'i l-'dida tagħmel għal intrapriżi żgħar u ta' daqs medju minħabba li, fuq il-mudell ta' l-Unjoni Ewropea, huma intitolati għal livell ogħla ta' għajnuna mill-intrapriżi kbar. Għaldaqstant, il-li'i l-'dida mhux biss tistabbilixxi definizjoni aktar wiesgħa ta' dawn l-intrapriżi (anqas minn 250 impjegat fir-rigward ta' intrapriża ta' daqs medju u anqas minn 50 impjegat fir-rigward ta' intrapriża żgħira) iżda wkoll tipprovdi l-mod kif jistgħu jkunu formulati inċentivi speċjali speċifikament għal dawn l-intrapriżi.
Hemm ukoll provvedimenti bl-iskop li l-intrapriżi żgħar ħafna (micro enterprises) tingħatalhom protezzjoni akbar minn dewmien fil-ħlas mingħand debituri akbar. Din il-miżura hi intenzjonata biex tiffaċilita l-ħlas min-naħa tal-Bank u, f'ħafna każi, twassal biex titjieb ħafna il-cash-flow ta' l-intrapriżi ż-żgħar.
Inċentivi oħra se jkunu marbuta man-nefqa fuq it-taħri' u l-ħolqien tax-xogħol.
Provvedimenti oħra li hemm fil-li'i eżistenti, bħalma hi l-provvista ta' fabbriki b'rati favorevoli ta' kera, se jkomplu fis-seħħ. Inċentivi oħra, bħalma huma l-għoti ta' soft loans, se jsiru aktar flessibbli bil-ħolqien ta' sussidji fuq l-interessi u garanziji fuq is-self.
Il-li'i l-'dida tipprovdi wkoll definizzjoni għal inċentivi addizjonali speċifiċi biex ikun faċilitat l-investiment f'Għawdex, kif ukoll għal inċentivi f'forma ta' għotjiet ta' flus.
Il-Ministru Bonnici esprima l-fiduċja tiegħu li dawn l-inċentivi se jkomplu jsaħħu l-pożizzjoni ta' Malta fl-ambjent ta' kompetizzjoni li kull ma jmur qed dejjem jikber.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN