IL-MINISTERU GHALL-AMBJENT IHABBAR LI QED ISIR TINDIF TA' L-INHAWI TA' BIEB IL-BELT
Il-Pro'ett għar-Riabilitazzjoni tal-Belt Valletta u l-Unit għall-Ambjent Nadif, it-tnejn fi ħdan il-Ministeru għall-Ambjent, bħalissa qed iwettqu ħidma flimkien biex inaddfu d-daħla ta' Bieb il-Belt.
Il-ħidma li qed issir tinkludi t-tindif, iż-żebgħa tal-ħitan u ħadid, il-bdil ta' partijiet mit-tur'ien li jwasslu għall-appartamenti fuq Bieb il-Belt u għall-parking area taħt Bieb il-Belt. Jinkludu wkoll id-daħla propja ta' Bieb il-Belt kif ukoll il-Bus Terminus li qed jitnaddaf b'mod regolari bil-lejl.
Filwaqt li t-tara' li jagħti għall-appartamenti fuq Bieb il-Belt jonqsu biss xi bdil ta' irħam, qed isir kull sforz biex il-parti l-kbira tax-xogħol fit-tara' li jagħti għal taħt Bieb il-Belt titlesta qabel il-festi tal-Milied.
It-tindif li qed isir hu parti mill-kampanja li qed iwettaq il-Ministeru għall-Ambjent biex pajjiżna jinżamm aktar nadif. Il-Ministeru għall-Ambjent jappella lil kulħadd biex juża t-tur'ien fuq kull naħa ta' Bieb il-Belt għall-iskop li ghalih inbnew. Jekk kulħadd jagħti sehmu biex jinżammu dawn l-inħawi ndaf m'hemmx dubju li jkunu jistgħu jitgawdew aħjar minn kull Malti li jużahom.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN