L-ONOR. FRANCIS ZAMMIT DIMECH, MINISTRU GĦALL-AMBJENT, JIPPREŻENTA WARRANTS LILL-INĠINIERA
Il-Ministru għall-Ambjent Francis Zammit Dimech qal li l-preżentazzjoni ta' warrants lill-in'iniera ma kenitx maħsuba bħala okkażjoni ċerimonjali jew permess biex inginier jibda jagħmel xogħol privat. Warrant jingħata lill-in'inier, li wara li jkun eżaminat mill-Engineering Board, jinstab li għandu l-kwalifiki neċessarji, kif ukoll l-esperjenza biex jaqdi d-doveri tiegħu fl-aħjar interess tal-professjoni, is-soċjet'�, il-klijenti u l-kollegi. Hu qal li kien ir-rwol tal-Bord li jirregola lill-istess professjoni u jżomm l-istima ta' l-in'iniera mal-pubbliku. Dan hu x-xogħol li jagħmel il-Bord matul is-sena b'kollaborazzjoni mal-Kamra ta' l-In'iniera u l-awtoritajiet ta' l-edukazzjoni li l-membri tagħhom joqgħodu wkoll fuq il-Bord ta' l-In'inerija.
Il-Ministru Francis Zammit Dimech tkellem meta kien qed jippreżenta l-warrants lil 33 in'inier 'did, tnejn minnhom nisa. 21 minn dawn huma in'iniera mekkaniċi u 12 in'iniera elettriċi. B'hekk in-numru ta' in'iniera li għandhom il-warrant issa jilħaq 631, li 31 minnhom huma nisa. L-għoti tal-warrants din is-sena kkonċida mal-gradwazzjoni mill-Universit'� ta' Malta ta' madwar 50 B.Eng. (Hons.) u 40 B.Sc. IT.
Il-Ministru għall-Ambjent qal li kien ta' pjaċir għalih jinnota li l-Bord kien dejjem għajnejh miftuħa għall-bidliet li qed iseħħu fl-ekonomija tal-pajjiż bażata fuq it-teknolo'ija li qed tikber bl-għa''la. Qal li għalhekk kien tajjeb li l-Bord iżomm kuntatt mill-qrib ma' diversi Ministeri, Dipartimenti tal-Gvern u Korpi Kostitwiti, kif ukoll mad-Direttorat ta' l-UE fejn issir ħidma relatata ma' l-armonizzazzjoni tal-li'i Maltija mad-direttivi Ewropej fil-qasam ta' l-in'inerija.
Francis Zammit Dimech qal li kien ta' sodisfazzjon għalih li l-Bord kien qed jistudja l-kwalifiki fil-livell aktar 'l isfel minn dak ta' inginier. Dan kien qed isir bl-iskop li tkun regolarizzata din il-klassi ta' ħaddiema tekniċi billi jingħata għarfien uffiċjali li min hu kompetenti biex jagħmel xogħol bħal dan. Hekk il-pubbliku jkun mgħejjun meta jkun jixtieq juża s-servizzi ta' dawk li jkollhom permess jagħmlu xogħol bħal dan.
Il-Ministru faħħar ukoll il-parir li tah il-Bord li, minħabba r-rwol dejjem jikber tat-Teknolo'ija ta' l-Informatika, il-gradwati 'odda fil-B.Sc. IT. għandhom ikunu kunsidrati li jinkwadraw fl-iskopijiet tal-warrant ta' l-In'inerija. Hu maħsub li fi żmien sentejn l-ewwel grupp ta' gradwati japplikaw għal dan il-warrant.
Il-Ministru Francis Zammit Dimech elenka wkoll miżuri li ħa l-Bord biex jikkonsolida r-rwol tiegħu. Semma' r-regolamenti tas-sena 2000 dwar proċedura ta' Tħassir ta' Ismijiet fil-Professjoni ta' l-In'inerija li kienu ppublikati f'Avviz Legali 208/2000 f'Ottubru li għadda u li jagħti poteri lill-Bord biex jieħu l-miżuri meħtie'a kontra membri li jkunu nstabu li ma wettqux dmirijiethom. Miżuri bħal dawn ikabbru l-fiduċja tal-pubbliku fil-professjoni ta' l-in'inerija. Il-Ministru qal li kien ta' pjaċir jinnota li issa li ħar'u dawn ir-regolamenti, il-Bord, flimkien mal-Kamra ta' l-In'iniera, kien qed jiffinalizza verżjoni usa tal-Kodiċi ta' l-Etika li ma ddumx ma tkun ippubblikata.
Il-Ministru għall-Ambjent qal li kien ta' pjaċir jinnota li bħala riżultat tal-ħidma li kien qed iwettaq, il-Bord kien ippropona numru ta' emendi għall-Att dwar il-Professjoni ta' l-In'inerija li kienu jirriflettu aħjar l-esi'enzi preżenti tal-professjoni. Bħala eżempju qal li bħalissa barranin li kellhom grad barrani kienu jinħar'u b'liċenzja speċjali għal sena, iżda dawk il-barranin li kellhom grad mill-Universit'� ta' Malta ma setgħux ikunu kkunsidrati. Din l-anomalija issa se titneħħa. Emendi oħra għall-Att dwar l-In'inerija se tagħmel il-li'i konformi ma' dik tal-le'islazzjoni fl-UE u għalhekk il-Bord dwar l-In'inerija se jkun magħruf minn stati membri oħra ta' l-Unjoni Ewropea bħala l-punt uffiċjali ta' riferenza f'konsultazzjoni dwar materji relatati mal-professjoni.
Il-Ministru għall-Ambjent qal li l-ħidma li kien qed jagħmel il-Bord ta' l-In'inerija biex isaħħaħ l-istatusprofessjonali ta' membri li kellhom il-warrant kienet ta' min ifaħħarha u jinkora''iha. Tenna li kien biss b'ħidma bħal din li r-rwol ta' l-in'iniera kien ikun aktar magħruf u apprezzat mill-pubbliku.
Il-Ministru Francis Zammit Dimech awgura kull suċċess lit-33 in'inier li kienu qed jingħataw il-warrant.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN