IL-MINISTRU GĦAL GĦAWDEX TATTENDI GHAL LAUNCHING TA' COMPACT DISC "ĠGANTIJA"
Il-compact disc "Ġgantija" inħare' għall-pubbliku nhar it-Tlieta, 28 ta' Novembru, 2000, fil-Manoel Theatre Shop, fil-preżenza ta' l-Onor. Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex, waqt ċerimonja organizzata mill-Kumitat taċ-Ċelebrazzjonijiet tal-25 Anniversarju tal-Chorus Urbanus.
Fl-introduzzjoni tiegħu, is-Sur George Peresso fisser ir-rabta qawwija li hemm bejn l-arti tal-poeżija u dik tal-mużika. Huwa stqarr li "nistgħu ngħidu li din ir-rabta tinħass sewwa fil-poema sinfoniku Ġgantija tal-kompożitur John Galea, imnebbaħ mill-poeżija "Il-Ġgantija ta' Għawdex" tal-mibki Ġor' Pisani. Is-saffika ta' Pisani hija sinjura fit-teatralita` tagħha u dan kompla jilħaq qawwa ogħla bin-nis'a tal-mużika u l-kulur orkestrali".
Il-Perit Edward Scerri, President tal-Chorus Urbanus, saħaq fuq l-impenn tal-kor li jidħol għal inizjattivi kulturali li jkomplu jagħtu spinta lill-kultura nazzjonali mhux biss lokalment iżda anke 'l barra minn xtutna. Preżenti għal din iċ-ċerimonja, kien hemm ukoll iben il-poeta, in-Nutar Paul G. Pisani, li spjega liema għożża kellu missieru għal din il-poeżija kif ukoll il-ħin li għadda mal-kompożitur waqt li kien qed jissawwar dan il-poema sinfoniku. Dr. Pisani għamel riferenza għas-sodisfazzjon ta' missieru meta dan ix-xogħol kien 'ie eżegwit waqt l-edizzjoni tal-Maltafest fl-1993.
Maestro John Galea, li dderie'a kemm lis-solisti, lin-narratur u lil Chorus Urbanus, flimkien mas-Sofia Symphony Orchestra, fisser l-artikolazzjoni artistika tal-poema sinfoniku. Tkellem ukoll fuq ix-xogħol involut fis-sessjonijiet tar-recording fl-istudio prinċipali ta' l-istazzjon Nazzjonali tar-Radju Bulgaru f'Sofia. F'diskors ta' radd il-ħajr il-Maestro Galea rringrazzja lill-Ministru għal Għawdex tal-kontribut tagħha biex din l-inizjattiva ta' promozzjoni kulturali Għawdxija tkun tista' titwettaq, lill-artist Mark Sagona tal-kollaborazzjoni tiegħu fid-disinn tas-sleeve u lil Carmel Zammit, ko-ordinatur tal-pro'ett.
Waqt diskors qasir ta' l-okkażjoni l-Ministru għal Għawdex stqarret li "dan il-pro'ett jagħti dimensjoni oħra lill-mużika ta' Mro. John Galea u dik eżegwita mill-Chorus Urbanus. Dan mhux biss għaliex iseddaq l-professjonalita` tal-membri tal-Kor fil-kamp mużikali lokali, iżda jesponi lill-Chorus Urbanus fuq skala ikbar u firxa iktar wiesgha. Is-CD tal-poeżija sinfonika Ġgantija, b'kompożizzjoni ta' Mro. John Galea, għandha sservi l-għan li tippromwovi l-letteratura u l-mużika tal-gżira Għawdxija kif ukoll it-tempji megalitiċi tagħna".
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN