IL-MINISTRU TAS-SAĦĦA, L-ONOR. LOUIS DEGUARA, JINDIRIZZA DISKORS FIL-FTUĦ TA' SEMINAR "HYGIENE 2000" ? 29 TA' NOVEMBRU, 2000
Il-Gvern għadu kif ressaq għall-ewwel qari att dwar il-ħarsien ta' l-ikel minflok jemenda l-ligi eżistenti tal-1972. Dan qiegħed jagħmlu għax ilu jinħass il-bżonn li ti'i mfassla li'i 'dida biex tkun protetta kemm l-industrija ta' l-ikel kif ukoll il-konsumatur. Ikun żball kbir jekk xi ħadd jaħseb li dan il-pass qiegħed isir fl-isfond ta' l-applikazzjoni ta' Malta biex tissieħeb fl-Unjoni Ewropeja.
Dan sostniħ il-Ministru tas-Saħħa Louis Deguara, fil-ftuħ ta' Seminar ‘Hygiene 2000', fil-preżenza ta' numru sostanzjali ta' managers involuti fl-industrija ta' l-ikel.
Il-li'i l-'dida li għadha kif għaddiet mill-ewwel qari għandha ''ib tibdiliet radikali f'dak li għandu x' jaqsam ma' l-i'ene ta' l-ikel. Dejjem qed jikber il-bżonn li dawk li jipprovdu l-ikel u dawk li jaħdmu f'dan il-qasam isiru konxji tar-responsabiltajiet u obbligazzjonijiet li għandhom lejn il-klijenti tagħhom. Il-konvinzjoni u mhux l-impożizzjoni ta' penali twassal għal titjib mixtieq.
Il-li'i l-'dida dwar l-ikel se tagħti aktar poteri lill-ispettorat biex ikun jista' jaqdi d-doveri tiegħu u hekk ikollna kontrolli aħjar. Huwa fl-interess ta' dawk involuti f'dan il-qasam biex jinfurmaw ruħhom dwar dak li ji'ri madwarna. Fid-dinja tal-lum Malta m'għadiex gżira maqtugħa min kulħadd. Irridu inżommu quddiem għajnejna li ta' kull sena ji'u jżuruna 1.2 miljun turist. Servizz jew pass ħażin fl-industrija ta' l-ikel jista' jissarraf fi ħsara kbira fis-settur turistiku. Madankollu s-servizz tagħna għandu jkun ta' l-aqwa kwalit'� għax kemm it-turist kif ukoll il-poplu Malti jistennew bi dritt l-ogħla livelli ta' i'ene fl-ikel u jridu jserrħu rashom li l-ikel li dawn jikkunsmaw huwa ta' livell internazzjonali, sostna l-Ministru Deguara.
Biex nilħqu l-miri tagħna f'dan il-qasam, kompla l-Ministru, il-li'i l-'dida se tipprovdi biex l-istabilimenti kollha ta' l-ikel ikunu re'istrati, u persuni nvoluti rrid ikollhom ċertifikat ta' attendenza f'kors ta' i'ene ta' l-ikel qabel ma jiksbu l-impjieg f'dan il-qasam. Il-managers iridu jifhmu li s-saħħa tal-klijenti tiddependi mill-professjonalit'� ta' l-impjegati. Kien permezz ta' kontrolli aħjar kif ukoll iżjed għarfien minn naħa tal-ħaddiema fis-settur ta' l-ikel li l-każi ta' gastroenteritis naqas b' 40% bejn l-1998 u l-1999.
Fil-futur qarib hemm ippjanati diversi korsijiet ta' a''ornament għall-ispetturi u se ninvestu f'apparat li se jgħin xjentifikament lill-ispetturi fix-xogħol tagħhom. Il-Gvern hu mpenjat li j'ib dawk il-bidliet kollha neċessarji li jassiguraw industrija ta' l-ikel b'livelli għolja ta' i'ene. Biex dan iseħħ hemm bżonn il-kooperazzjoni ta' dawk kollha involuti f'dan is-settur, temm jgħid il-Ministru tas-Saħħa Louis Deguara.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN