Left arrow Go Back

DISKORS MILL-ONOR. ANTOINE MIFSUD BONNICI, SEGRETARJU PARLAMENTARI FIL-MINISTERU GHALL-POLITIKA SOCJALI, WAQT SEMINAR NAZZJONALI ?INDAQS BIX-XOGHOL'?28 TA' NOVEMBRU, 2000

PR1664
Date Icon 28/11/2000

Kull sena l-Gnus Maghquda titlob lill-pajjizi kollha biex fit-3 ta' Dicembru il-Jum Internazzjonali tal-Persuni b'Dizabilita', nieqfu ftit u niffukaw l-attenzjoni taghna fuq xi issue partikolari tal-persuni b'dizabilita'. Ghal din is-sena ntghazlet it-tema tax-Xoghol li m'hemm ebda dubju dwar l-importanza taghha. Fil-fatt, il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Dizabilita', li ilha tfakkar din il-gurnata mill-1988, diga' kienet ghazlet din it-tema fl-1995. Dak iz-zmien kienet giet ippublikata policy nazzjonali dwar ix-xoghol u l-persuni b'dizabilita' u ghalhekk hu tajjeb li wiehed, hames snin wara, jara xi progress sar f'dan il-qasam u x'jehtieg isir aktar.

Ix-xoghol jaghti d-dinjita' lill-bniedem u ghalhekk hu sinifikanti hafna s-slogan li ntghazel ghal din is-sena: "Indaqs bix-Xoghol". Il-persuni b'dizabilita', hafna drabi jirnexxilhom jilhqu l-ugwaljanza permezz tax-xoghol li mhux biss jaghtihom id-dinjita' ta' bniedem imma jaghtihom ukoll l-indipendenza finanzjarja li hi tant necessarja biex wiehed ikollu kwalita` ta' hajja ahjar. Imma numru sostanzjali ta' persuni b'dizabilita' jistghu biss jidhlu fid-dinja tax-xoghol jekk ikollhom is-supportnecessarju kemm fil-preparazzjoni li jkollhom bzonn huma u l-post tax-xoghol innifsu, kif ukoll fis-support li jkollhom bzonn biex huma jkunu jistghu jzommu l-impjieg taghhom.

L-ewwel artikolu tal-Kostituzzjoni ta' Malta jghid: "Malta hija repubblika demokratika bbazata fuq ix-xoghol u fuq ir-rispett ghad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali ta' l-individwu". U fl-artikolu 7 ta' l-istess kostituzzjoni hemm stabbilit illi: "L-istat jirrikonoxxi d-dritt tac-cittadini kollha ghal xoghol u ghandu jgib 'il quddiem dawk il-kundizzjonijiet li jaghmlu dan id-dritt effettiv". Skond il-kostituzzjoni huwa d-dover ta' l-istat li jipprotegi x-xoghol u li jipprovdi ghat-tahrig professjonali jew ta' vokazzjoni u miljorament tal-haddiema. Huwa wkoll obbligu tal-istat illi jiggarantixxi lill-persuni b'dizabilita' u persuni li ma jkunux kapaci ghal xoghol id-dritt ghall-edukazzjoni u tharrig ta' vokazzjoni. Fil-qasam internazzjonali, l-Assemblea Generali tan-Nazzjonijiet Uniti fis-sezzjoni taghha tat-3 ta' Dicembru, 1982, approvat il-Programm Dinji ghall-Azzjoni dwar Persuni b'Dizabilita'. Fih l-istati membri gew mitluba biex jaddottaw policy u struttura ta' support ghal servizzi sabiex jizguraw li persuni b'dizabilita' jkollhom opportunitajiet indaqs fis-suq miftuh tal-impjieg ghal xoghol produttiv u li jhalli qliegh. L-istati membri ghandhom jaghtu support ghal integrazzjoni ta' persuni b'dizabilita' fis-suq miftuh ta' l-impjiegi b'metodi diversi.

F'pajjizna sfortunatament irridu nirrimarkaw li fil-prezent ghad ghandna numru ta' persuni b'dizabilita' li minhabba diversi ragunijiet ma jistghux jidhlu fid-dinja tax-xoghol. Is-socjeta` Maltija, li hija socjeta` li b'konvinzjoni tirrispetta d-dinjita` tal-persuna minghajr ebda xorta ta' distinzjoni jew diskriminazzjoni, ghandha l-obbligu li ma tinsiex din il-kategorija ta' nies. Is-socjeta` taghna ghandha tkun impenjata biex taghti opportunitajiet indaqs lil kull cittadin. U huwa ta' sodisfazzjon li hawnhekk wiehed isemmi li sar progress sostanzjali permezz tal-legislazzjoni li approva l-Parlament Malti din is-sena - il-Ligi Opportunitajiet Indaqs – li fost ghanijiet ohra tiddikjara illegali kull diskriminazzjoni abbazi ta' dizabilita' fil-qasam tax-xoghol. Issa huwa responsabbilta' tal-persuni b'dizabilita', l-ghaqdiet li jirraprezentawhom u l-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Dizabilita' li jaraw li din il-ligi tigi verament implimentata.

Fil-prezent hemm madwar 300 persuna b'dizabilita' li qed jirregistraw ghax-xoghol jigifieri madwar 4% tac-cifra globali ta' persuni li qed jirregistraw ghax-xoghol. Il-maggoranza assoluta ta' dawn il-persuni ilhom aktar minn sena jfittxu x-xoghol. Numru kbir ta' dawn il-persuni huma ukoll illitterati. M'hemmx dubju li n-numru ta' persuni b'dizabilita' li m'humiex jahdmu u jistghu jidhlu fid-dinja tax-xoghol hu ferm akbar. U hawnhekk jidhol ir-rwol importantissimu li ghandha l-E.T.C. L-E.T.C.ghandha zewg doveri principali lejn il-persuni adulti b'dizabilita':

  1. li tharreg persuni b'dizabilita' biex huma jkunu jistghu jidhlu fid-dinja tax-xoghol bis-support li jkollhom bzonn;

  2. li tipplejsja persuni b'dizabilita' f'xoghol adattat ghalihom bis-support li ghandhom bzonn.

Fost ir-rakkomandazzjonijiet fil-Policy Nazzjonali dwar ix-Xoghol u l-Persuni b'Dizabilita' ppublikata hames snin ilu hemm rakkomandazzjoni li tirrigwarda l-Edukazzjoni. Hawn ukoll sar progress bl-introduzzjoni ta' l-Edukazzjoni Inkluziva l-aktar fil-livell tal-iskejjel sekondarji. Wasalna fl-istadju fejn issa l-istudenti b'dizabilita' ser jibdew jattendu l-iskejjel fil-livell sekondarju u ghalhekk aktar vokazzjonali. Irridu niffaccjaw din l-isfida u naraw li l-istudenti b'dizabilita' jispiccaw l-edukazzjoni formali taghhom ippreparati sew ghad-dinja ta' l-adulti.

It-tahrig vokazzjonali jrid jigi zviluppat aktar ghalkemm saru xi tentattivi f'dan il-qasam. L-E.T.C.fethet l-‘Ability Centre' li harreg numru limitat ta' persuni b'dizabilita' li l-maggoranza taghhom sabu mpjieg. L-E.T.C. ukoll dahlet bi shab mal-Fondazzjoni Eden f'dan is-settur u ser taghmel l-istess mal-Fondazzjoni Richmond. Hu importanti ukoll li naraw kif il-kullegg vokazzjonali li qed jitwaqqaf prezentement mill-Ministeru tal-Edukazzjoni jista' u ghandu jikkontribwixxi ghal dan is-settur.

Is-servizzi ta' Support Nazzjonali ghandhom ikollhom fost l-oghla prioritajiet taghhom il-persuni b'dizabilita' u jridu jipprovdu l-assessment u t-tahrig adattat; jidentifikaw opportunitajiet tax-xoghol; u joholqu kultura nazzjonali mibnija fuq il-principji tal-integrazzjoni u ta' opportunitajiet indaqs. U nahseb li hawn jezisti vojt kbir f'dan il-qasam. Biss issa l-E.T.C. b'konsultazzjoni mal-K.N.P.D. u biz-zieda ta' fondi li l-Parlament ghadu kemm approvalha, ghandha pjanijiet li tistabilixxi Unitspecjalizzat ghal dan is-settur. M'hemm l-ebda dubbju li dan l-izvilupp ser ikollu impatt sinifikanti f'dan il-qasam. Wiehed jittama li dan il-Unit gdid ta' l-E.T.C. jiehu wkoll inizjattivi godda fl-izvilupp tas-‘sheltered workshops' u l-kooperattivi li ftit li xejn sar xoghol fuqhom.

Ghandna numru ta' persuni b'dizabilita' li minhabba diversi ragunijiet, primarjament is-severita' tad-dizabilita' taghhom, huwa difficli ghalihom li jidhlu fid-dinja tax-xoghol. Ghal dawn il-persuni hu importanti li jkollna servizzi adekwati ta' matul il-jum. Dawn sal-lum qed jinghataw mic-Centri ta' matul il-Jum. Ghalkemm f'dawn l-ahhar sentejn ghamilna progress sinifikanti, ghad baqa' hafna u hafna xi jsir. Matul dawn l-ahhar xhur htarna Assistent Direttur ghal dan il-qasam, zidna l-vot finanzjarju ghal dawn ic-centri b'aktar minn Lm60,000 u ghas-sena d-diehla dan il-vot ser jerga' jizdied sostanzjalment. Fil-fatt, il-budget ghal dan il-qasam is-sena l-ohra kien ta' Lm706,000, filwaqt li ghal din is-sena ser jitla' ghal Lm893,799 - zieda ta' Lm187,799, jigifieri madwar 26%. Issa hemm bzonn li dan l-investiment jissarraf f'servizzi ahjar lil dawn il-persuni.

Riflessjoni ta' l-ahhar. Fil-prezent ftit li xejn qed isir xoghol biex nghinu lil min ihaddem jibdel l-attitudni tieghu biex tkun aktar miftuha lejn impjieg ghall-persuni b'dizabilita'. F'dan il-qasam l-E.T.C.irid ikollha strategija cara u aggressiva. Dan jista' jsir billi anke naraw x'ghamlu pajjizi ohra, liema mizuri kienu effettivi u wara nippruvaw naddattawhom ghal pajjizna. Barra minn hekk l-E.T.C.ghandha tibda minn issa tfassal din l-istrategija fid-dawl tal-Ligi Opportunitajiet Indaqs halli tassigura l-oghla rata ta' mpjieg possibli ghal persuni b'dizabilita'. Nikkonkludi billi nghid li ghalkemm sar hafna xoghol, ghad baqa' hafna x'isir. Jiena konvint li bl-investiment gdid li l-E.T.C. inghatat mill-Gvern u bit-tishib bejn l-istess E.T.C. u l-K.N.P.D, kif sar illum permezz ta' dan is-seminarnazzjonali, il-futur ghal dan is-settur hu wiehed inkoragganti biex nassiguraw li l-persuni b'dizabilita' jkunu ‘Indaqs bix-Xoghol' taghhom u taghna.

Grazzi.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow