Left arrow Mur Lura

IL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT IĦABBAR LI QED ISIR TINDIF TAL-PAJJIŻ MINN SKART GOFF

PR1663
Date Icon 28/11/2000

Fi sforz biex pajjiżna mhux biss jidher nadif iżda jingħata tindifa mill-qiegħ, il-Ministeru għall-Ambjent qiegħed kontinwament jidentifika lokalitajiet fejn hemm kwantitajiet kbar ta' terrapin u kull tip ta' skart ieħor li kienu depositati f'postijiet mhux awtorizzati minn nies irresponsabbli u bl-ebda sens ċiviku, bl-iskop li dawn jitnaddfu.

Il-Ministeru għall-Ambjent identifika Bengħajsa, l-inħawi ta' Għar '�assan, '�al Far u t-triq li tagħti għal Popeye Village bħala lokalitajiet fejn hemm mijiet ta' trakkijiet ta' terrapin u skart li jrid jitneħħa. It-tindif fl-inħawi ta' '�ar '�assan u ta' Popeye Village qed isir minn ħaddiema ta' l-Unit għall-Ambjent Nadif flimkien ma' kuntrattur li qed ineħħi l-materjal. Peress li x-xogħol li hemm f'Bengħajsa u '�al Far hu wieħed kbir, bħalissa qed isiru t-tħejjijiet kollha neċessarji biex isir it-tindif meħtie' minn kuntratturi privati.

Il-Ministeru għall-Ambjent iwissi li jittieħdu l-passi kollha skond il-li'i kontra min jinqabad jiddeposita terrapin u skart f'postijiet mhux awtorizzati. Dawn jinkludu multi għolja u konfiska tal-vetturi li permezz tagħhom isiru dawn id-depositi.

Il-Ministeru għall-Ambjent jappella lil kulħadd biex iżomm il-pajjiż nadif. F'pajjiż nadif kulħadd igħix aħjar u jitla' aktar f'saħħtu.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow