IL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT IĦABBAR LI QED ISIR TINDIF TAL-PAJJIŻ MINN SKART GOFF
Fi sforz biex pajjiżna mhux biss jidher nadif iżda jingħata tindifa mill-qiegħ, il-Ministeru għall-Ambjent qiegħed kontinwament jidentifika lokalitajiet fejn hemm kwantitajiet kbar ta' terrapin u kull tip ta' skart ieħor li kienu depositati f'postijiet mhux awtorizzati minn nies irresponsabbli u bl-ebda sens ċiviku, bl-iskop li dawn jitnaddfu.
Il-Ministeru għall-Ambjent identifika Bengħajsa, l-inħawi ta' Għar '�assan, '�al Far u t-triq li tagħti għal Popeye Village bħala lokalitajiet fejn hemm mijiet ta' trakkijiet ta' terrapin u skart li jrid jitneħħa. It-tindif fl-inħawi ta' '�ar '�assan u ta' Popeye Village qed isir minn ħaddiema ta' l-Unit għall-Ambjent Nadif flimkien ma' kuntrattur li qed ineħħi l-materjal. Peress li x-xogħol li hemm f'Bengħajsa u '�al Far hu wieħed kbir, bħalissa qed isiru t-tħejjijiet kollha neċessarji biex isir it-tindif meħtie' minn kuntratturi privati.
Il-Ministeru għall-Ambjent iwissi li jittieħdu l-passi kollha skond il-li'i kontra min jinqabad jiddeposita terrapin u skart f'postijiet mhux awtorizzati. Dawn jinkludu multi għolja u konfiska tal-vetturi li permezz tagħhom isiru dawn id-depositi.
Il-Ministeru għall-Ambjent jappella lil kulħadd biex iżomm il-pajjiż nadif. F'pajjiż nadif kulħadd igħix aħjar u jitla' aktar f'saħħtu.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN