SEHEM MALTA FIL-LEONARDO DA VINCI (PROGRAMM EDUKATTIV TA' L-UE)
Malta ffirmat il-Ftehim ta' Assocjazzjoni ma' l-UE fit-29 ta' Settembru, 2000 u, b'dan il-ftehim, Malta qed tiehu sehem fil-programmi edukattivi ta' l-UE - Leonardo, Socrates u Youth. Matul l-2000, Malta bdiet tiehu sehem fil-programmi Leonardo u Socrates, u fl-2001, Malta ser tiehu sehem ukoll fil-Youth ul-Fifth Framework Programme.
Matul din is-sena, Malta, permezz tal-European Union Programmes Unit (EUPU) hadmet bis-shih biex thejji ghas-sehem taghha f'dawn il-programmi.
Twettaq programm ta' informazzjoni fost l-iskejjel vokazzjonali u intraprizi biex tinghata informazzjoni dwar il-programm. L-interess li ntwera mill-iskejjel vokazzjonali u intraprizi kien inkoragganti hafna.
Fl-ewwel sejha ghall-applikazzjonijiet ghall-Mobility fil-Leonardo, kien hemm madwar 250 applikazzjoni minn studenti, ghalliema u haddiema u, bhalissa, dawn l-applikazzjonijiet qed ikunu processati halli jigu finalizzati dalwaqt. Hu mahsub li s-sena d-diehla madwar 150 student u haddiem imorru ghal din l-esperjenza Ewropea. Matulha, l-istudent, haddiem jew ghalliem Malti jircievi ghajnuna finanzjarja li ghanda tkoprilu l-bicca l-kbira tal-ispejjez (i.e. vjaggar, insurance, ikel u rqad).
L-iskejjel vokazzjonali u intraprizi Maltin qeghdin jilhqu ftehim ma' shabhom Ewropej li jkunu jistghu jaccettaw lill-istudenti Maltin ghal din l-esperjenza u, wkoll, qed jahdmu biex dawn l-esperjenzi jkunu reciproki (i.e. li jingiebu wkoll studenti u haddiema Ewropej f'Malta).
MOBILITY (Sejha ghall-Applikazzjoni - Jannar 2001)
Fi ftit granet ohra, se tkun pubblikata sejha ghall-applikazzjonijiet minn kulleggi/ skejjel vokazzjonali, Universita', kumpaniji u intraprizi biex jibghatu studenti, haddiema u ghalliema ghall-esperjenza ta' Mobility fl-Ewropa.
Trid tkun l-iskola, agenzija, korporazzjoni, intrapriza ecc. li tapplika biex tiehu sehem fil-Mobility. Irid l-ewwelnett isib partner fl-Ewropa li jkun lest li jiehu l-istudenti, ghalliema jew haddiema ghall-perijodu ta' 3 gimghat u, wara, ssir applikazzjoni lill-EUPU (Leonardo da Vinci Coordinating Committee). Wara jrid isir kuntratt bejn l-EUPU u l-iskola/ intraprizi biex dan il-progett jista' jsehh.
L-iskejjel vokazzjonali u intraprizi huma mhegga li japplikaw.
PILOT PROJECTS (Sejha ghall-Applikazzjonijiet)
Wiehed mill-azzjonijiet tal-Leonardo hu Pilot Projects, jigifieri kulleggi vokazzjonali/ intraprizi Maltin jinghaqdu ma' shabhom fl-Ewropa biex jahdmu fuq progett ta' ricerka, adattament ta' kurrikulu, holqien ta' teaching materials jew aids, ecc.
Din tkun opportunita' biex l-ghalliema u intraprizi Maltin iqabblu s-sistema ta' tahrig taghhom u jghaqqdu r-rizorsi u l-esperjenzi taghhom halli jipproducu xi prodott gdid li jghin fit-tahrig vokazzjonali.
L-iskejjel vokazzjonali u/ jew intraprizi jistghu jibdew huma stess dawn il-Pilot Projects jew inkella jigu mistiedna jiehdu sehem ma' ohrajn minn pajjizi Ewropej.
Dawn il-progetti jigu finanzjati kwazi totalment mill-UE.
TRAINING 2000
Din hi fiera li ser issir fi Brussels bejn il-5 u 6 ta' Dicembru 2000. Malta se tiehu sehem f'din il-fiera ghall-ewwel darba.
Din il-fiera toffri opportunitajiet biex promoturi Maltin (fil-Mobility u Pilot Projects) jiltaqghu ma' promoturi Ewropej. Din ser tghin biex Malta tkun tista' ssib partners ghal dawn il-progetti.
Training 2000 tinkludi:
wirja dwar it-tahrig vokazzjonali fl-Ewropa;
wirja ta' progetti ta' Leonardo mill-pajjizi membri fil-Leonardo;
holqien ta' networks u kuntatti ma' Agenziji Nazzjonali ohra;
gruppi ta' esperti biex jghinu lill-agenziji nazzjonali fil-progetti taghhom;
workshops rilevanti hafna ghal min qed jahdem fil-qasam ta' tahrig vokazzjonali.
Malta qed tippartecipa f'din l-attivita biex issahhah s-sehem f'dan il-programm tal-UE ghal gid ta' l-istudenti Maltin.
Is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tal-Edukazzjoni, l-Onor. Jesmond Mugliett, ser jaghmel prezentazzjoni waqt din l-attivita' bit-tema "Malta - In Search of Partners". Ghal din il-prezentazzjoni ser ikunu prezenti rapprezentanti ta' Agenziji Nazzjonali tad-29 pajjiz membru tal-Leonardo, ufficcjali tal-Kummissjoni Ewropea u promoturi ohra.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN