IL-MINISTRU TA'L-EDUKAZZJONI PPREZENTAT B' PAKKETT EDUKATTIV "HOLOQ" MILL-KUMMISSJONI NAZZJONALI PERSUNI B' DIZABILITA'
Il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Dizabilita', matul din il-gimgha, qed torganizza numru ta' attivitajiet fl-okkazjoni tal-Gimgha tal-Persuni b'Dizabilita' li ghaliha ntghazel il-motto "Indaqs Bix-Xoghol".
Bhala parti minn din il-gimgha ta' attivitajiet, il-Kummissjoni pprezentat lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni Louis Galea, numru ta' pakketti edukattivi li ghandhom jintuzaw mill-ghalliema tal-Personal and Social Education (PSE) biex jippreparaw lill-istudenti li maghhom iridu jinghaqdu tfal b'dizabililta' biex dawn ta' l-ahhar ikunu milqughin ahjar u biex isibu ghajnuna li tghinhom isiru aktar indipendenti.
Il-Ministru Louis Galea tenna li s-socjeta' hi ffurmata minn holoq jew celloli differenti li jinkludu persuni b'xi forma jew ohra ta' dizabbilita' fizika jew mentali. Id-dmir tas-socjeta' lejn dawn il-kategoriji ta' nies huwa sagrosant u qatt m'ghandu jittiehed bhala karita'. L-ghajnuna li tinghata ghandha tkun biss fid-direzzjoni li dawn il-persuni jiksbu l-awtonomija necessarja ghall-istima personali taghhom u biex jiffunzjonaw fis-socjeta'.
Il-Pakkett Edukattiv inholoq sewwa sew biex jiffacilita dan l-iskop socjali u tqassam f'seba' partijiet differenti. Dawn it-taqsimiet ikopru l-isferi tal-volontarjat, l-inkluzjoni edukattiva, l-arkitettura domestika u aperta u d-divertiment.
Il-Pakkett, jinkludi wkoll taqsima ta' bijografiji dwar xjenzati li taw sehemhom biex ikun facilitat is-sehem ta' persuni b'dizabilita' fis-socjeta'. Il-lista tinkludi wkoll personalitajiet barranin u lokali li ddistingwew ruhhom f'oqsma varji tal-hajja.
Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni Louis Galea, filwaqt li fahhar din l-inizjattiva, qal li inizjattivi bhal dawn ikomplu jikkonfermaw l-impenn serju tal-Gvern favur l-inkluzjoni socjali. Louis Galea kompla jinsisti li l-Ministeru tieghu permezz ta' hidmiet bhal dawn irid ikun il-katalist biex jaghti poter gdid lill-dawn ic-cittadini. Dan irid jaghmlu biex iwettaq il-missjoni tieghu li 'Jassisti lill-Maltin Kollha Biex Jilhqu l-Milja Taghhom'.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN