IFFIRMAT IL-KUNTRATT BEJN IL-GVERN U L-MITTS GHALL-INTERNET FL-ISKEJJEL
Wara li fil-budget 2001 kienu allokati Lm 300,000 biex jibda l-programm biex sa l-2004 kull kompjuter f'kull skola ta' l-Istat ikollu access ghall-Internet, il-Gvern ghamel l-ewwel pass biex dan jibda jsehh mill-bidu tas-sena d-diehla permezz ta' kuntratt iffirmat mal-Malta InformationTechnology and Training Services (MITTS) Ltd.
Is-sena d-diehla il-Gvern se jkun temm il-programm tieghu fl-iskejjel primarji fejn bhalissa hemm medja ta' madwar kompjuter ghal kull seba' studenti. Issa l-gvern qed jibda jiffoka fuq programm ghall-iskejjel sekondarji. Fl-iskejjel ta' l-Istat, bhalissa hawn aktar minn 5500 kompjuter, izda dawn ghadhom izolati. Bl-introduzzjoni ta' l-Internet dawn il-kompjuters kollha jintisgu flimkien f'xibka ta' kommunikazzjoni u skambju ta' informazzjoni.
Il-Gvern ghandu network maghrufa bhala l-MAGNET u li biha l-ufficcji tad-Dipartimenti tal-Gvern jistghu jikkomunikaw bejniethom kif ukoll ghandhom access ghall-Internet. Il-MITTS bhalissa qieghdha fil-process li ssahhah din in-network u zzid il-Bandwidth biex is-sistema tahdem b'mod aktar mghaggel. Ghalhekk, filwaqt li l-MAGNET qed tissahhah infrastrutturalment, l-iskop u l-utilita' tal-MAGNET se jikber bl-inkluzjoni ta' l-iskejjel kollha ta' l-Istat f'dan in-network nazzjonali.
Il-process ta' liberalizzazjoni fil qasam tat-telekommunikazzjoni qed joffri ghazliet diversi ta' kif l-iskejjel ta' l-Istat jistghu jkunu kkomunikati. Barra min hekk hu importanti hafna li ikun hemm sigurta' stretta biex hadd ma jabbuza mis-sistema. Ghalhekk, il-MITTS, permezz ta' progett pilota, qed tevalwa liema sistemi ghandhom jintuzaw aktar tard.
Il-progett pilota beda f'erba' skejjel fejn hemm madwar 160 kompjuter li diga' huma networked flimkien u ghandhom is-software necessarju biex juzaw l-Internet u l-posta elettronika. Sa l-ahhar tas-sena 2001, hu mistenni li madwar 30 skola jkollha l-access, waqt li fis-snin 2002, 2003 u 2004 jinghataw access 50 skola kull sena biex sa l-ahhar tas-sena 2004, l-iskejjel kollha (madwar 180) jkollhom access ghall-Internet.
Kemm it-tfal/studenti kif ukoll l-iskejjel u l-komunita' ghandhom jiksbu numru kbir ta vantaggi permezz ta' din is-sistema.
It-tfal/studenti, li issa se jkollhom indirizz tal-posta elettronika (u spazju ghall-website) kull wiehed/wahda, se jkunu jistghu jikkomunikaw ma' tfal/studenti ohra kemm Maltin kif ukoll barranin. It-tfal jistghu b'hekk jaqsmu l-ideat u t-taghlim, jaghtu l-ghajnuna u jaghmlu hbiberiji godda fuq skala globali. L-Internet hu minjiera ta' informazzjoni u rizorsi u dan se jkun kollu accessibbli mill-klassi ta' kull tifel u tifla fl-Iskejjel ta' l-Istat.
L-Iskejjel se jkollhom spazju ghall-website taghhom, u dawn jistghu jintuzaw kemm biex titpogga informazzjoni dwa l-iskola partikolari, kif ukoll ghal informazzjoni u rizorsi utili ghat-taghlim. Skejjel ohra u genituri jistghu b'hekk jiksbu l-informazzjoni u r-rizorsi ghall uzu taghhom u tat-tfal. L-iskejjel, eventwalment, se jkollhom access ukoll ghall:
Libraries Information System (LIS) - Informazzjoni dwar kotba li jinsabu fil- Libreriji Lokali u dik ~entrali
Schools Information System (SIS) - Informazzjoni dwar it-tfal fl-iskejjel
Common Database (CdB) - Informazzjoni dwar data tat-twelid, numru ta' l-ID Card, ecc.
Electronic Government Mail (EGM) - Biex ikunu jistghu jikkomunikaw mad-Dipartimenti tal-Gvern
Peress li hu mahsub li 'l quddiem dawn ir-rizorsi jkunu accessibli ghall-komunita' wkoll, l-infrastruttura hi mahsuba biex tipprovdi mal-150,000 indirizz tal-posta elettronika.
Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni Louis Galea qal li l-passi li qed jittiehdu bhalissa huma l-aqwa investiment li pajjizna jista' jaghmel ghall-futur. Il-Gvern qed juri bic-car u bil-fatti li hu lest jinvesti bil-qawwi fl-edukazzjoni u b'mod specjali f'ghodod moderni biex nippreparaw il-poplu taghna ghall-ezigenzi futuri. Il-Ministru kompla li l-Maltin jehtieg jaghrfu li, l-gherf, il-kompetitivita', u l-inkluzjoni internazzjonali tiddependi dejjem aktar fuq kemm se jkollna rizorsi umani mharrga u kapaci. Illum diga' qed nindunaw kemm l-ambjent tax-xoghol qed jinbidel u kemm l-informatika qed issir parti mill-hajja ta' kuljum. Dawk li jirrifjutaw li jitharrgu u li jkunu flessibli qed jissugraw li jispiccaw bla-xoghol. It-tfal taghna issa se jkollhom ic-cans li jitharrgu u juzaw l-aktar teknologija avvanzata ta' llum.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN