Left arrow Mur Lura

DISKORS TA' L-EGHLUQ TA' L-ONOR. LAWRENCE GONZI, VICI PRIM MINISTRU U MINISTRU GHALL-POLITIKA SOCJALI WAQT SEMINAR DWAR STRATEGIJA TA' KURA TA' SAHHA MENTALI FIL-KOMUNITA'

PR1640
Date Icon 24/11/2000

Sinjuri,

Grazzi talli tajtuni l-opportunit'� li naqsam maghkom ftit hsibijiet dwar kif nistghu ntejjbu l-operat tas-servizzi ta' sahha mentali li ghandna fil-pajjiz u dan fid-dawl tad-dokument li ghandu kif gie imhejji mill-Kummissjoni ghar-Riforma tas-Sahha Mentali u li jifrex quddiemna l-istrategija li rridu nimxu fuqha biex nkomplu nirriformaw dan is-settur fuq medda ta' zmien.

Qrajt b'interess l-istrategija li giet proposta ghal dan is-seminar u li kienet diskussa. Certament hija strategija li fiha diversi punti posittivi li huwa importanti li naraw kif ser jigu mibdula f'azzjonijiet konkreti u f'inizjattivi prattici sabiex malajr kemm jista' jkun nkunu nistghu nibdew ntejjbu is-servizzi ta' kura f'dan il-qasam. Nahseb li saret bicca xoghol tajba hafna minn grupp ta' esperti li ghandhom f'idejhom il-polz ta' dak li jhossu l-klijenti li jkollhom bzonn kura u trattament, u nixtieq pubblikament nirringrazzja lil dawk kollha li b'xi mod kienu involuti f'dan il-process ta' holqien ta' strategija – ghal darb'ohra, dan huwa ezempju ta' kif flimkien nistghu nahdmu sabiex intejjbu l-livell ta' ghixien ta' persuni li jkunu qed ibatu minn xi kundizzjoni ta' sahha mentali.

Il-politika socjali ta' din l-amministrazzjoni hija wahda cara daqs il-kristall – irridu li noholqu socjeta' li hija nklussiva, li tghin lil kull individwu sabiex jizviluppa l-potenzjal tieghu u b'hekk jtejjeb il-kwalita' tal-hajja tieghu u dik ta' madwaru. Ghalhekk, hija politika li fic-centru taghha tpoggi d-dinjita' tal-persuna umana u thares lejn il-holqien ta' ambjent li jiffacilita' l-izvilupp u t-titjib tal-kwalita' tal-hajja ta' l-individwu. Hija politika cara…imma hija wkoll politika li tisfida kemm lill-politiku kif wkoll lill-professjonist sabiex jistinka minghajr waqfien halli jkompli jibni u jtejjeb dak li diga jezisti.

Niehu pjacir ghalhekk li nara li din il-politika hija riflessa fid-dokument li illum qed tiddiskutu. Ninnota li qed tipproponu bidla fl-enfasi…minn mudell li jhares lejn l-istituzzjoni bhala dik li tiddeciedi il-process tal-kura, ghal mudell li jiffoka fuq il-klijent, u li jdur madwar il-bzonnijiet specifici tal-klijenti u tal-kundizzjoni li tkun qed timmanifesta ruhha. Hija bidla kbira u mportanti. Hija bidla li tirrispetta aktar l-intelligenza u effikacja tal-persuna umana, perspettiva li taghraf li l-klijent anki jekk ma jinsabx fl-aqwa sitwazzjoni sabiex jiehu decizjonijiet, ghandu xorta il-kapacita' li jaghraf itejjeb lilu nnifsu u jghin sabiex jinstabu soluzzjonijiet li jghinuh jghix b'dinjita.

Nazzarda nghid li hafna drabi konna ahna stess li cahhadna lil dawn il-persuni mid-dinjita' li kienet taghhom bi dritt. Nahseb li xi kultant din il-mentalita' ghadha qed tipprevali f'certa oqsma – il-qasam tas-sahha mentali nemmen li huwa wiehed minnhom. L-istess process li huwa mahsub sabiex ‘ifejjaq' huwa l–istess process li xi kultant jkompli jirrendi lil klijenti dipendenti u diz-abbli. Ippermettuli nispjega ftit dak li nixtieq inwassal.

Meta qed nghid ahna, qieghed nirreferi ghal tlett oqsma partikolari. Qed nirreferi ghal politiku, ghall-professjonist u ghas-socjeta' in generali. Fit-twettiq tal-programm politiku, il-klassi politika facilment tista' tigbed it-triq tal-maggoranza u thares lejn is-socjeta' bhala socjeta' normattiva. L-istrutturi, l-inizjattivi u l-impenn taghha ghalhekk jistghu jkunu aktar applikabbli u accessibbli ghal dawk li apparentament ma ghandhomx diffikultajiet ghaliex dawn jirrapresentaw il-maggoranza assoluta tal-poplu taghna. Il-Gvern li jiena nifforma parti minnu, qieghed jaghmel hiltu biex ifassal politika li tkun personalizzata u allura li taghti aktar kas tal-bzonnijiet tas-setturi fis-socjeta taghna li huma l-aktar dghajfa, li spiss huma siekta u ma jkollhom lil hadd jitkellem ghalihom, u li dejjem isibu ruhhom f'minoranza.

It-tieni settur huma l-professjonisti nfushom. Ir-relazzjoni ta' bejn il-professjonist u l-klijent hija wahda partikolari u specjali – hija relazzjoni mibnija fuq kuncett ta' ghajnuna li jpoggi lil professjonist bhala l-fonti ta' l-informazzjoni, tal-gherf (expertise) u ta' ghajnuna. Hija relazzjoni mibnija fuq fiducja ghamja minn naha tal-klijent li f'dik is-sitwazzjoni partikolari ikun vulnerabbli. Huwa ghalhekk li l-attitudni tal-professjonist hija krucjali fil-process ta' fejqan. Ghalkemm l-interventi medici, psikjatrici, socjali, psikologici u ohrajn ghandhom l-impatt taghhom, xorta jibqa l-fatt li l-attitudni li biha l-intervent jigi mwettaq trid tkun attitudni li tghin lil individwu jsib soluzzjonijiet ghalih innifsu u jikseb kontroll ahjar fuq il-fakultajiet tieghu. Naturalment hemm limiti ta' kemm dan jista' jigri, madankollu, jista' jkun li minhabba l-pressjoni tax-xoghol fuq il-professjonist, il-klijent jigi meqjuz bhala numru u jigi mnezza mill-attenzjoni personali li jkollu bzonn.

Qasam iehor li nahseb li ghandu jinghata aktar attenzjoni, partikolarment fil-formulazzjoni ta' din l-istrategija ta' servizzi tas-sahha mentali fil-komunita', hija dak li fid-dokument jissejjah bhal multi-disciplinary teams – bazikament qed nitkellmu fuq il-holqien ta' timijiet maghmulin minn professjonisti minn oqsma differenti u li flimkien mal-klijent joholqu pjan ta' kura ghal kull individwu. Nahseb li wasal iz-zmien li l-professjonisti f'dan il-qasam jahdmu flimkien f'ambjent aktar ekwu. Xi kultant jidher li ghad hawn min ikun irid ikompli jinsisti li professjoni wahda partikolari tista tkun bizzejjed biex jinghata l-ahjar servizz. L-ghaqal u l-esperjenzi moderni juruna li dan hu kuncett zbaljat. Juruna li f'certu oqsma, aktar minn ohrajn, hemm bzonn firxa wiesa ta' servizzi biex nindirizzaw il-bzonn tal-bniedem shih.

Fl-opinjoni tieghi, dan hu kuncett li ghandu jigi enfasizzat hafna izjed u ghandu jkun wiehed mill-pedamenti fundamentali li fuqha trid timbena l-istrategija li giet imfassla. Fl-ahhar mill-ahhar hemm bzonn ta' aktar apprezzament mill-professjonisti kollha dwar dak li huma stess ghandhom x'joffru mill-qasam ta' l-ispecjalizzazzjoni taghhom, bil-fiducja li flimkien u flimkien biss jista' jinkiseb gharfien shih tal-bzonnijiet tal-klijent.

Strategija li tigbed lejn servizz fil-komunita, trid bilfors tinbena fuq dak li jaghmel komunita, u ghalhekk it-tabib tal-familja, l-kappillan, l-ispettur tal-Pulizija, is-social worker, l-ghaqdiet volontarji – kollha ghandhom sehem x'jaghtu flimkien mal-professjonisti l-ohra.

It-tielet fattur li jista' jcahhad li persuni li jkunu qed jesperjenzaw diffikultajiet ta' sahha mentali hija l-komunita stess. Ahna l-Maltin spiss nigu mfahhra ghall-ospitalita' u s-sens ta' hbiberija li ghandna. Dan huwa veru u jidher fill-generozita' li nuru ahna bhala poplu. Meta nharsu aktar fil-fond madankollu, jidher li ahna wkoll inbatu min dak li ser insejjah ‘not in my back yard syndrome' – u allura ma tantx inkunu ospitabbli ma' persuni li huma ttimbrati u li jgorru dell tqil minhabba jew il-passat jew inkella minhabba xi nuqqas li jkollhom. Qisu m'ahniex tolleranti bizzejjed u ghalhekk nehlu ma' impressjonijiet jew gudizzji minghajr ma' nipprovaw nghelbu l-pregudizzji li ilna ngorru maghna ghal tul ta' snin. Ghalkemm din il-mentalita' qed tinbidel, xorta' jibqa l-fatt li sabiex din l-istrategija ssehh u tkun success, hemm bzonn gharfien aktar shih ta' sahha mentali fil-komunita' sabiex jitnaqqas ix-xkiel li l-komunita' stess tista' taghmel fil-process ta' twettiq ta' din l-istrategija.

Il-Gvern huwa kommess li jkompli jtejjeb is-servizzi ta' sahha mentali. Irid jaghmel dan b'kollaborazzjoni shiha mal-partijiet koncernati u ma' setturi differenti ta' l-attivita' socjali. L-organizzazzjonijiet volontarji u mhux governattivi u s-settur privat huwa dirghajn importanti fit-twettiq ta' din l-istrategija. Hemm bzonn li verament noholqu socjeta' li twennes, u dan jista' jsir biss jekk tinqasam ir-responsabbilta' u tizdied il-partecipazzjoni attiva ta' dawk kollha li huma f'pozizzjoni li jikkontribwixxu.

Nemmen li process ta' konsultazzjoni huwa indispensabbli, u nheggeg sabiex issir hafna konsultazzjoni anki ma' persuni li batew jew qed ibatu minn kundizzjonijiet ta' sahha mentali sabiex kulhadd ihossu parti minn process ta' titjib u sabiex insibu s-soluzzjonijiet rejali li jindirizzaw il-bzonnijiet vera ta' dawk li ser xi darba jew ohra ikollhom bzonn ta' servizzi ta' kura ta' sahha mentali fil-komunita'.

Jiena u l-Ministru tas-Sahha, tkellimna u qbilna li din l-isfida li ghandna quddiemna, tista ssehh biss jekk jirnexxielna ngibu r-rizorsi taghna flimkien, mhux biss b'kollaborazzjoni mill-aktar wiesa, imma b'mod li jkunu kumplimentari ghal xulxin. Imma bhal tant hwejjeg ohra, l-vera bidla tista ssehh meta dan il-process jigi imhaddan minn kull min jghix fil-komunita taghna.

L-impenn taghna f'din id-direzzjoni ghandu jkun dikjarat bl-aktar mod car possibbli.

Grazzi!

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow