Left arrow Mur Lura

INIZJATTIVA BIEX JINGIEB 'L QUDDIEM IL-BEJGH U S-SUQ TAL-HUT FRISK F'MALTA

PR1638
Date Icon 24/11/2000

Il-Ministru ta' l-Agrikoltura u Sajd, l-Onorevoli Ninu Zammit illum assista għal inizjattiva biex ikompli ji'i mi'jub 'il quddiem il-bejgħ u s-suq tal-'�ut Frisk Malti fl-industrija tat-Turizmu. Dan il-ħut 'ie ppresentat mid-ditta Azzopardi Fisheries ta' San Pawl il-Baħar lix-Chef tal-Lukanda 5 Star Hilton.

Dgħajsa tradizzjonali Maltija daħlet simbolikament fil-port ta' Portomaso, u wara li nħatt il-ħut, dan 'ie pprezentat lix-Chef ta' din il-lukanda.

Il-Perit Ninu Zammit faħħar din l-użanza ta' bejgħ ta' ħut frisk direttament lill-istabbilimenti ta' l-ikel, u saħaq illi rridu naħdmu id f'id ħalli n'ibu 'l quddiem din l-industrija tas-sajd.

Il-Ministru Zammit qal ukoll li l-industrija tas-sajd għandha tkompli bl-impenn tagħha biex kontinwament tkun f'pozizzjoni li tforni lill-istabbilimenti ta' ikel bi provvista ta' ħut frisk bi prezz adekwat. B'hekk l-industrija tas-sajd tkun qed tagħmel parti minn ħafna elementi importanti li jsaħħu l-industrija tat-Turizmu, li hija l-ixprun ta' l-ekonomija ta' Malta.

Fost il-ħut li kien pprezentat, u li kien maqbud b'mod tradizzjonali minn sajjieda Maltin, kien hemm pixxispad, tonn, ċeren, denċi, mazzola, ħamiem, lampuki u king prawns.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow