STQARRIJA MID-DIPARTIMENT TAS-SERVIZZI VETERINARJI DWAR IS-SITWAZZJONI TAL-LAHAM TAC-CANGA F'PAJJIZNA
Għall-informazzjoni tal-pubbliku Malti, id-Dipartiment tas-Servizzi Veterinarji fi ħdan il-Ministeru ta' l-Agrikultura u Sajd qiegħed jippublika s-sitwazzjoni attwali dwar il-laħam taċ-ċanga fid-dawl ta' l-aħbarijiet dwar l-inċidenza ta' Mad Cow Disease f'ċerti pajjiżi Ewropej.
Il-merħla taċ-ċanga f'pajjiżna ma ti'ix mitmugħa prodotti tal-laħam u għadam magħrufa bħala meat and bone meal, liema ikel iżid ir-riskju ta' infezzjoni b'din il-marda. Fil-fatt tajjeb li ji'i ippublikat il-fatt ukoll li dawn il-prodotti, li ma ji'ux manifatturati f'Malta, lanqas jitħallew ji'u impurtati f'pajjiżna.
Dan ifisser li peress li ċ-ċanga Maltija tiekol biss magħlef u 'wież li huma ħxejjex, ir-riskju ta' infezzjoni huwa minimu. Per'�, minkejja li r-riskju huwa minimu, u minkejja li qatt ma kien hawn xi każ ta' din il-marda identifikat fost il-merħla ta' pajjiżna, xorta waħda id-Dipartiment tas-Servizzi Veterinarji qiegħed jippjana li jsiru testijiet fuq il-merħla kollha lokali. Għal dan il-għan, bħalissa uffiċjal ta' dan id-Dipartiment jinsab għal perjodu ta' żmien barra minn Malta, jiffamiljarizza ruħu mat-teknika wżata fl-ittestjar għall-presenza ta' din il-marda fost l-annimali bovini.
Dwar laħam impurtat, dan id-Dipartiment qiegħed jara li ċ-ċanga li tidħol f'pajjiżna minn pajjiżi li qed joffru riskju, ikun inqatel ta' et'� inqas minn 24 xahar, peress li r-riskju ta' infezzjoni f'annimali ta' din l-et'� huwa pjuttost ineżistenti minħabba fil-perjodu ta' inkubazzjoni. Il-laħam impurtat kollu irid ikollu ċertifikazzjoni rikonoxxuta dwar l-ori'ini tiegħu u fejn ikun hemm l-iċken dubju, ma jitħalliex jidħol fil-pajjiż.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN