Left arrow Mur Lura

PROGETT TA' TINDIF TA' RADAM FID-DWEJRA

PR1626
Date Icon 23/11/2000

Dalghodu nghata bidu ghal xoghol estensiv ta' tindif ta' skart tal-bini fid-Dwejra, Ghawdex. Din il-problema, li taf il-bidu taghha aktar minn ghaxar snin ilu, ser tigi rimedjata u z-zona tad-Dwejra ser tingieb ghall-istat naturali taghha meta jitlestew il-fazijiet kollha tax-xoghol programmat. Il-Ministeru ghal Ghawdex qed jiffinanzja l-ispejjez kollha relatati mat-tindif, garr u depozitu tal-materjal koncernat.

Id-Dwejra hija l-aktar maghrufa ghad-dehriet panoramici li toffri, filwaqt li ghandha importanza ekologika u kulturali li taghmilha importanti mhux biss fuq livell nazzjonali izda titqies bhala zona ta' importanza internazzjonali.

Din l-inizjattiva setghet issehh wara diversi laqghat, konsultazzjonijiet u hidma koordinata mill-Ministeru ghal Ghawdex, il-Ministeru ghall-Ambjent u s-Segretarjat Parlamentari fi hdan il-Ministeru ta' l-Intern, li hadmu wkoll mal-partijiet kollha koncernati sabiex dan il-progett jigi attwat. Dawn ix-xoghlijiet qed ikunu realizzati bil-koperazzjoni tas-sidien tal-barrieri fl-inhawi.

L-ewwel fazi tax-xoghol mistennija telimina ammont sostanzjali mir-radam li kien qed ikerrah id-dehra ta' l-irdum mill-partijiet l-aktar popolari tad-Dwejra. Fuq il-post, it-tindif qed jitmexxa minn ufficcjali tal-Ministeru ghal Ghawdex flimkien ma' ufficcjali tal-Environmental Management Unit ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.

Il-progett inghata bidu wara li fil-gimghat li ghaddew, inghelbu numru ta' problemi marbutin ma' proceduri amministrattivi relatati ma' xoghlijiet ta' dan it-tip. Dawn il-proceduri kienu bzonnjuzi sabiex jinghataw garanziji ghall-protezzjoni ta' l-ilma tal-pjan (water table) u biex l-operazzjoni titwettaq minghajr impatti negattivi fuq l-ambjent.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow