Left arrow Mur Lura

INAWGURAT IL-PROGETT TA' LABORATORJI GODDA FIS-SIXTH FORM F'GHAWDEX

PR1624
Date Icon 23/11/2000

Il-Ministru għal Għawdex, l-Onor. Giovanna Debono, dalgħodu inawgurat uffiċjalment il-pro'ett tal-laboratorji fiċ-Ċentru għal Studji Avanzati Sir Mikelan' Refalo, fir-Rabat. Preżenti għall-inawgurazzjoni kien hemm ukoll l-Onor. Louis Galea, Ministru ta' l-Edukazzjoni.

Dan il-pro'ett jinkludi tlett laboratorji għall-użu ta' l-Informatika (Computer Laboratories), wieħed għax-Xjenza, kif ukoll laboratorju għall-Fiżika (illi ser jintuża wkoll bħala DarkRoom), wieħed għall-Biolo'ija u laboratorju ieħor 'did għall-użu tal-Kimika.

Ix-xogħol fit-twettieq ta' dan il-pro'ett kien jikkonsisti f'kostruzzjoni ta' dawn il-laboratorji, kif ukoll tibjid, tqegħid ta' madum, twieqi u bibien bl-aluminium, soffitt, u t-tqegħid ta' servizzi ta' l-elettriku, ilma, gass u drena'', f'kull laboratorju. Inxtara wkoll apparat 'did għal dawn l-istess laboratorji, sabiex dawk fil-Kumpless Ninu Cremona jibqgħu jintużaw mill-istudenti ta' din l-iskola. L-għamara l-'dida għall-laboratorji taċ-Ċentru Sir Mikelan' Refalo, iddisinjata mill-Perit Maurice Galea, li kien inkarigat minn dan il-pro'ett, hija magħmula minn materjal apposta għal użu f'laboratorji tax-Xjenza, mgħammra bis-servizzi kollha li jintużaw mill-istudenti waqt il-lezzjonijiet ta' prattika. Kull laboratorju jilqa' fih madwar 16-il student. Dan il-pro'ett jinkludi wkoll Communications Room, Preparation Rooms, u store rooms għall-kimiċi wżati, kif ukoll Video Room u klassi 'dida, kif ukoll refurbishmentsħiħ tas-sistema għad-distribuzzjoni ta' l-elettriku madwar il-kumpless ta' l-iskola, fil-Librerija, il-Canteen u l-Electrical Workshop.

B'kollox, dan il-pro'ett jinkludi binja ta' madwar 900 metru kwadru, bl-ispiża kapitali tlaħħaq ‘il fuq minn Lm250,000 li saret minn fondi allokati mill-Ministeru għal Għawdex.

F'diskors ta' l-okkażjoni l-Ministru għal Għawdex, l-Onor. Giovanna Debono, stqarret li "L-iskola Sir Mikelan' Refalo hija l-uniku post ta' tagħlim full-time għal studenti post-sekondarji fi gżiritna, u għalhekk huwa tassew xieraq li tkun mgħammra b'apparat u b'ambjent li tgħin u tinkora'ixxi lill-istudent Għawdxi fl-istudji avanzati tiegħu. Kien għalhekk l-istudent Għawdxi fuq quddiem nett u primarjament f'moħħna li stajna nibdew bil-pjanijiet u naħdmu lkoll sabiex is-Sixth Form t'Għawdex ikollha l-ewwel laboratorji tagħha għall-użu mill-istudenti tagħha biss". Hija saħqet dwar l-importanza ta' dawn il-laboratorji peress li huma "investiment fl-edukazzjoni ta' gżiritna, u allura investiment għaqli li jirrendi frott għal 'enerazzjonijiet futuri. Huwa investiment favur iż-żgħażagħ tagħna. Huwa investiment favur soċjeta` iktar għaqlija u iktar edukata. Huwa ċertament investiment li jipprovdi l-kundizzjonijiet ideali għall-istudenti tagħna sabiex jibqgħu jistudjaw su''etti ta' importanza bħal ma huma x-xjenzi u l-computer".

Il-Kap ta' l-Iskola, is-Sur Michael A. Cassar, filwaqt li rringrazzja lill-Onor. Ministru għal Għawdex ta' l-impenn determinat u l-interess partikulari tagħha sabiex tara il-pro'ett jitlesta u jibda jintuża, stqarr li l-okkażjoni tal-lum "qegħda tagħti lill-edukazzjoni f'Għawdex rigal imprezzabbli,investiment għaqli u monument xieraq fil-bidu tat-tielet millennju".

Ms. Shirley Hall, f'isem il-kumpanija Information Technologies Services Ltd. ippreżentat softwaretal-computers lill-Kap ta' l-Iskola, għall-użu b'xejn mill-istudenti taċ-Ċentru Sir Mikelan' Refalo.

L-Onor. Giovanna Debono, il-Perit Maurice Galea u s-Sur Jack Mifsud 'ew mogħtija tifkira ta' l-okkażjoni mill-Kap ta' l-Iskola, bħala turija ta' ringrazzjament għall-impenn fejjiedi tagħhom għall-pro'ett tal-laboratorji fiċ-Ċentru għal Studi Avanzati, Sir Mikelan' Refalo.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow