IL-MINISTRU TA' L-INTERN IFAHHAR L-IMPENN TAL-PULUZIJA WAQT IL-QADI D-DOVERI TAGHHOM
Il-Ministru ta' l-Intern Dr Tonio Borg, illum wara nofsinhar, iltaqa' ma' zewg ufficjali tal-Pulizija li kienu involuti f'incident kmieni dal-ghodu li fih intlaqtu minn tiri ta' arma tan-nar. Il-laqgha saret fil- Kwartieri Generali tal- Pulizija fil- Furjana.
PC 409 Joseph Zarb u PC 1573 Jason Collins, it-tnejn membri tal-Mobile Squad, iddahhlu l-isptar biex jiddewwew ghall-griehi li garrbu kagun ta' tiri ta' arma tan-nar sparati minn persuni mhux maghrufa.
Il-Pulizija kienu qed isegwu vann abjad li kien ghaddej b'velocit'� qawwija wara serqa minn garaxx fi Triq A. Cuschieri, B'Kara. Waqt li l-Pulizija kienu qed isegwu l-vann xi hadd spara tiri ta' arma tan-nar u l-Pulizija irrispondew. Waqt dan l-incident il-Pulzija intlaqtu minn xi tiri sparati lejhom.
Maghhom inghaqdu wkoll Pulizija ohra mid-distrett ta' B'Kara izda kif waslu fil-vicinanza ta' l-isptar San Filippu, il-halliel jew hallelin irnexxielhom jaharbu.
Il-Pulizija irnexxielha tirkupra l-materjal misruq li kien jikkonsisti f'ammont ta' sigaretti.
Matul iz-zjara tieghu, il-Ministru Borg fahhar lill-Pulizija ta' l-impenn taghhom u fakkar kemm ix-xoghol tal-Pulizija jaf ikun ta' periklu. Huwa wera wkoll l-apprezzament tal-Gvern ghall-azzjoni li ttiehdet mill-Pulizija involuti.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN