Left arrow Mur Lura

DISKORS MILL-ONOR. ANTOINE MIFSUD BONNICI, WAQT SEMINAR DWAR "SIGURTA` AKBAR GHALL-PENSJONANTI", ORGANIZZAT MILL-FONDAZZJONI REGGIE MILLER, FIL-JERMA PALACE HOTEL

PR1613
Date Icon 22/10/2000

M'hemmx dubju li s-settur ta' l-anzjani u l-pensjonanti sar wieħed mill-prijoritajiet ta' ħafna partiti politiċi u gvernijiet madwar id-dinja kollha. Fil-pajjiżi żviluppati l-politika dwar l-anzjani hija waħda regolata minn li'ijiet tal-pajjiż u f'xi każi b'le'islazzjoni speċjali. '�afna gvernijiet huma konxji mill-fatt li l-popolazzjoni qed tixjieħ u dan qed i'ib miegħu konsegwenzi serji fit-tqassim tal-'id tal-pajjiż. Bil-problemi assoċjati mal-qagħad jikber it-tħassib ta' kif dawk li qed jiggvernaw il-'id tal-pajjiż permezz tax-xogħol jistgħu jkomplu jsostnu finanzjarjament is-servizzi soċjali u ta' saħħa li ħafna anzjani u pensjonanti jkollhom bżonn.

Il-popolazzjoni ta' pajjiżna, bħal bqija tal-pajjiżi l-oħra, qiegħda kontinwament tixjieħ. Dan huwa dovut għal żew' fatturi li qegħdin ibiddlu dejjem iżjed l-istruttura demografika tal-popolazzjoni tag[na – ji'ifieri l-fertilita` li qegħda dejjem tonqos u l-lon'evita li qegħda dejjem tiżdied. Konsegwentement aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar in-numru ta' pensjonanti f'pajjiżna ser jikber. Fil-preżent, għandna 54,500 pensjonant. Minn dawn 15,000 pensjonant kienu jaħdmu mal-Gvern; 4,500 pensjonant li kienu jaħdmu mas-servizzi jew mal-privat u li llum huma mqabbla ma' skala governattiva; 6,200 huma pensjonanti li rtiraw minn kumpaniji tal-Gvern jew parastatali; 12,600 li kienu self-employed u 16,000 minn kumpaniji privati. In-numru ta' pensjonanti huwa mistenni li jiżdied b'average rate ta' 2% fis-sena, bl-akbar żieda wara 2004. Fl-istess waqt ser ikollna tnaqqis gradwali fil-proporzjon ta' persuni li kapaċi jaħdmu, ji'ifieri dawk bejn is-16 u s-60 sena. Jekk wieħed iqabbel il-figuri ta' persuni rtirati mix-xogħol, ta' pensjonanti, ma' dawk li qed jaħdmu, isib li waqt li fl-1996 iċ-ċifra kienet 24.6%, fl-2025 din iċ-ċifra ser tilħaq il-43.6%. Dan ifisser li waqt li fl-1996 kien hemm 4 ħaddiema iwieżnu kull pensjonant fl-2025 ser ikun hemm 2.3 ħaddiema għal kull pensjonant.

Pajjiżna bħal bqija tal-pajjiżi l-oħra tad-dinja għandu l-problema tal-pensjonijiet quddiemu. Anzi mhux il-pensjonijiet biss iżda tas-sistema kollha tal-welfare. Għandna challenge quddiemna li pajjiżna jrid jaffronta u jirbaħ. Il-pajjiż irid minn issa jieħu l-passi meħtie'a biex il-futur tal-pensjonanti jkun garantit. Huwa ħażin min jaħseb jew isostni li ċerti miżuri m'hemmx għalfejn jittieħdu issa, iżda forsi minn hawn u ftit snin oħra. Anke il-G.W.U. taqbel ma' dan. F'rapport riċenti intitolat "Guaranteeing the Future of Social Security in Malta", l-Union issostni li, nikkwota: "To ensure sustainability we must start saving now to pay for tomorrow's expenses. This means we must curb the fiscal deficit without creating a social deficit, and at the same time introduce economic reforms that lead to faster GDP growth so that our society can afford to finance increased social outlays".

Ftit ċifri li ser insemmi juru l-ispejjeż li l-istat g[andu u li ser ikollu fis-snin li 'ejjin fil-ħlas tal-pensjonijiet. Per eżempju:

Pensjoni ta' l-irtirar: Waqt li fl-1995 kienet Lm48.3 miljun, fl-2025 ser tlaħħaq Lm720 miljun – ji'ifieri ħmistax –il darba iżjed.

Pensjoni tar-romol: Fl-1995 kienet Lm18.6 miljun waqt li fl-2025 ser tkun Lm138.6 miljun.

Pensjoni tal-invalidita: Fl-1995 kienet Lm6.2 miljun waqt li fl-2025 ser tlaħħaq is-Lm96 miljun

Bonus: Fl-2025 ser jil[aq Lm38.1 miljun – ji'ifieri madwar erba' darbiet u nofs dak li kien jitħallas fl-1995.

L-ispiża totali fuq pensjonijiet kienet Lm81.3 miljun fl-1995; Lm121.7 miljun fl-2000; Lm295.8 miljun fl-2010; waqt li fl-2025 mistennija tilħaq iċ-ċifra ta' Lm992.6 miljun. Dan ifisser li fl-2025 l-ispiża ser tkun tlettax–il darba iżjed minn dik tal-1995. Bħala proporzjon tal-Gross Domestic Product (G.D.P.), waqt li fl-1995 kien 8.2%, fl-2025 ser ikun aktar mid-doppju – 18.8%. Il-Pensions-Contribution Gap(l-iżbilanċ bejn il-kontribuzzjonijiet u l-pensjonijiet flimkien mal-bonus) waqt li kienet Lm3.6 miljun fl-1995 hija mistennija li fl-2005 tkun erba' darbiet aktar. Waqt li din il-Gap kienet 0.4% tal-G.D.P. fl-1995, fl-2025 ser tlaħħaq 10.8%.

Huwa evidenti għal kulħadd li dan il-kwadru juri li l-qagħda tal-pensjonijiet fil-futur m'hijiex aktar sostenibbli jekk ma ssirx xi ħa'a radikali. Kien għalhekk li s-sena l-oħra, il-Gvern Nazzjonalista waqqaf Kummissjoni Nazzjonali dwar il-Welfare li r-rapport finali tagħha għandu jitlesta sa l-aħħar ta' din is-sena. Dwar il-Pension Review, fl- Interim Report, il-Kummissjoni qalet: "In its next stage of study, the Commission will strive to find solutions to the above and other problems and to propose a new alternative strategy for pensions for the new millenium which, while providing reasonable and equitable security for all in old age, will be affordable for the country as a whole and contribute to general economic welfare".

Jekk wieħed iħares barra minn pajjiżna, wieħed isib li f'xi pajjiżi Ewropej daħlu xi bidliet biex jipprote'u l-pensjonijiet:

Telgħet l-eta' ta' l-irtirar ez. Awstrija, Greċja, Italja, Franza.

Aktar flessibilita` fl-eta' ta' l-irtirar u aktar opportunita` għall-irtirar bil-mod. F'ċerti pajjiżi wkoll teżisti il-‘partial retirement'.

Aktar żmien għall-perjodu kontributorja u aktar liberta' li tissupplimenta d-dħul pensjonabbli bi dħul ieħor, per eżempju minn xogħol produttiv.

Limiti fuq irtirar kmieni.

Tibdil fil-mod ta' kontribuzzjoni.

Anke f'pajjiżna saru ħafna su''erimenti f'dan ir-rigward. Jissemmew ir-ristrutturazzjoni tas-Social Security Act; l-a''ustament ta' l-eta' ta' l-irtirar tan-nisa; togħla r-retirement age; żieda fir-rata tal-kontribuzzjonijiet; reviżjoni tal-livell massimu tad-dħul pensjonabbli; pjani mmedjati għal-'bir ta' l-arrears; l-eradikazzjoni tal-abbużi; il-'lieda kontra l-evażjoni tat-taxxa u su''erimenti oħra li l-parti kbira minnhom żgur jiirrikjedu diskussjoni u konsiderazzjoni profonda bejn il-partijiet kollha interessati.

Sigurta` għall-pensjonant tal-lum tfisser li huwa jibqa' jgawdi mhux biss il-pensjoni li għandu iżda wkoll id-diversi benefiċċji soċjali li ħafna anzjani jirċievu u li jgħinuhom jgħixu ħajja aktar komda u bla skossi. Huwa importanti wkoll li l-pensjoni tal-'urnata jibqa' jkollha l-valur tagħha meta tqisha fil-qafas ekonomiku soċjali tal-pajjiż kollu. Is-sigurta` għall-pensjonant tal-futur jiddependi għal kollox fuq il-miżuri li jridu jittieħdu f'dan il-qasam fil-pajjiż – miżuri li għalkemm żgur ma jistgħux jissejħu popolari iżda huma l-uniku mezz kif nistgħu niggarantixxu li l-pensjonanti ta' għada jkunu jistgħu jgawdu l-kwalita` ta' ħajja li qegħdin igawdu l-pensjonanti tal-lum.

Domanda fundamentali li wieħed jista' jistaqsi fir-rigward tal-pensjonijiet hija: Kemm hija 'usta s-sistema preżenti tal-pensjonijiet? Lil min tiffavorixxi? Tgħin lil dawk li qegħdin taħt nett biex ma jgħixux l-irtirar fil-faqar? Id-difett prinċipali ta' sistema universali, ji'ifieri, ta' sistema li ti'i applikata b'regoli stabbiliti għal kulħadd huwa li xorta ma tindirizzax il-bżonn veru u attwali tal-pensjonant. Sistema miftuħa għall-abbuż b'detriment għal min għandu l-akbar bżonn.

Meta wieħed jikkunsidra s-sistema tal-pensjonijiet f'pajjiżna, wieħed jiffaċċja ċerti domandi li jinħtie'u risposta:

Kif l-iżviluppi demografiċi ta' pajjiżna li sejrin jiddeterminaw in-numru ta' anzjani pensjonabbli sejrin jaffettwaw is-sistema tal-pensjonijiet?

Kemm ser ikun kbir il-piż finanzjarju fit-tletin sena li 'ejjin biex insostnu l-pensjonijiet?

X'jista' jkunu l-implikazzjonijiet fiskali ta' options alternattivi ta' riforma tas-sistema?

Tista' l-iskema pubblika attwali ta' benefiċċji ta' pensjoni universali tkun imsieħba ma' inizjattivi fis-settur privat?

Fiż-żminijiet tal-lum, tingħata konsiderazzjoni għal struttura li tinvolvi diversi tipi ta' pensjonijiet, magħrufa bħala ‘The Three Pillared Structure'. L-ewwel pillar huwa l-pensjoni bażika li jipprovdi l-Gvern. It-tieni pillar jirreferi għall-iskemi pprovduti minn postijiet tax-xogħol u t-tielet pillar tkopri kull kwalita` oħra ta' tfaddil. Bħal issa l-Pay-as-you-go (PAYG) huwa l-arran'ament li bih jin'abru l-kontribuzzjonijiet li bihom il-gvern qed iħallas il-pensjoni ta' l-irtirar lill-pensjonanti tiegħu. Hija responsabbilta` tal-gvern li jara li jifforma bażi sostenibbli għal din il-pensjoni fis-snin li 'ejjin. Jissemmew ħafna il-private pension schemes. Żgur li waqt li hawn consensus li hawn lokhom fil-pajjiż dawn m'humiex xi soluzzjoni għall-problema li l-pajjiż qed jiffaċċja. F'dan ir-rigward, tajjeb li wieħed josserva li ħadd m'għandu jinterpreta xi azzjoni possibbli mill-gvern favur l-introduzzjoni ta' private pension scheme bħala li l-gvern qiegħed jabdika r-responsabbilta` tiegħu għas-sigurta' soċjali. Huwa essenzjali wkoll li jsir studju bir-reqqa minn qabel ta' dawn l-iskemi qabel ma ji'u ntrodotti għaliex jinvolvu issues importanti. Jekk għandha tittieħed xi deċiżjoni favur dawn l-iskemi aktar ma tittieħed malajr aħjar għaliex dawn iridu żmien twil biex jimmaturaw. M'huwiex konsiljabbli li ċerti riformi jsiru fi żmien qasir minħabba ra'unijiet soċjali, ekonomiċi u politiċi.

Il-gvern jemmen li biex inpo''u l-pensjonijiet fuq bażi soda hemm bżonn li:

ikollna ekonomija b'saħħitha u soda;

il-pensjoni tal-istat għandha tkun l-ewwel pedament fundamentali għall-pensjonant;

irid jassigura li ser ikun f'pożizzjoni li jsostni l-programm ta' nfieq tiegħu fis-snin li 'ejjin.

Ir-riforma li hemm bżonn u li trid issir trid tkun:

riforma fil-mentalita' - irridu nimxu mill-Welfare State għall-Welfare Society;

mhux pensions reform imma social security reform;

riforma li tassigura li l-benefiċċji jmorru għand min l-aktar għandu bżonn;

riforma li timxi minn sistemi universali għal sistemi personalizzati;

riforma li tgħaqqad il-politika ekonomika mal-politika soċjali.

Il-Gvern huwa konvint li huwa fundamentali li pajjiżna jkollu ekonomija b'saħħitha u soda jekk irridu nfasslu bażi soda għas-sistema tal-pensjonijiet. Huwa għalhekk li bil-politika tiegħu il-gvern qed jirnexxielu jkabbar il-G.D.P; qed joħloq investimenti aċċessibli għall-poplu; qiegħed jikkontrolla l-inflazzjoni; iżid l-opportunitajiet tax-xogħol għall-ħaddiema tagħna u jnaqqas il-qagħad; qed jinvesti aktar fl-ETC biex tipprovdi aktar edukazzjoni u taħri' lil ħaddiema. Qiegħed jistimula l-ekonomija u joħloq il-'id biex dan jitqassam b''ustizzja soċjali fost il-poplu. Il-gvern jemmen ukoll li d-direzzjoni tiegħu ta' sħubija fl-Unjoni Ewropea toffri vanta''i għall-pajjiżna speċjalment fil-qasam ekonomiku u soċjali.

Il-Gvern Nazzjonalista jiggarantixxi aktar sigurta` lill-pensjonant għaliex isostni li l-pensjoni ta' l-istat għandha tkun l-ewwel pedament fundamentali għal pensjonant. Il-gvern mhux ser jabdika qatt ir-responsabilta` tiegħu għas-sigurta' soċjali u għalhekk jiggarantixxi dik is-‘safety net' fil-qasam tal-pensjonijiet. Huwa għalhekk li r-riformi li qed iwettaq fil-qasam ekonomiku-finanzjarju jridu jpo''u lill-pajjiż f'sitwazzjoni favorevoli li l-istat ikun kapaċi li jipprovdi l-'enerazzjonijiet futuri b'sigurta` razzjonali u ekwa għal kulħadd fl-eta' tax-xjuħija; biex żgur ma jkunx selettiv fit-tqassim tal-benefiċċji soċjali; biex il-ħaddiem ma jkollux xi jħallas kontribuzzjoni akbar u biex ikun hemm ħaddiema biżżejjed biex jagħmlu tajjeb u jwieżnu lil dawk li jirċievu pensjoni. Huwa wkoll għalhekk li l-Gvern mill-ewwel ħa l-passi meħtie'a biex inaqqas id-deficit li l-pajjiż kellu quddiemu. U huwa ta' sodisfazzjon li wieħed jirrimarka li dan l-iżbilanċ finanzjarju li fl-1998 kien jammonta għal Lm150 miljun, naqas għal Lm124 miljun is-sena l-oħra u kif smajna l-bieraħ fil-Budget għall-aħħar ta' din is-sena ser ikompli jinżel għal Lm95 miljun. Naturalment dan kien possibli in parti għaliex kien hemm aktar effiċjenzi fil-'bir tat-taxxi u bil-'lieda li qegħda ssir kontra l-evażjoni tat-taxxi. Ir-riforma fis-sistema tal-pensjonijiet trid issir f'ambitu aktar wiesgħa ta' riforma fl-għoti ta' benefiċċji mill-istat: mhux pensions reform imma social security reform. Għalhekk il-Kummissjoni mwaqqfa mill-Gvern għandha tikkonsidra l-aspetti kollha tal-welfare u mhux il-pensjonijiet biss. Il-Gvern qiegħed jinsisti li r-riforma għandha tassigura li l-benefiċċji jmorru għand min l-aktar għandu bżonn. Huwa għalhekk li qiegħed jagħmel gwerra kontinwa kontra l-abbużi li jsiru mis-servizzi u l-benefiċċji soċjali. Aħna rridu li din ir-riforma tgħaqqad il-politika ekonomika mal-politika soċjali. Waqt li l-Gvern huwa kommess biex jassigura l-pensjoni kemm tal-'enerazzjonijiet preżenti u kemm dawk futuri, irid jimxi lejn li'i 'dida tal-pensjonijiet li tassigura serħan il-moħħ (safety net) għal kulħadd l-aktar għal dawk li huma fil-bżonn. Barra minn hekk il-Gvern huwa mpenjat sabiex ikompli jiżviluppa servizzi li jassiguraw l-aqwa livell ta' għixien possibli għal persuni anzjani. M'hemmx dubbju li l-kwalita` għolja tal-ħajja li qegħdin jgħixu l-anzjani u l-pensjonanti llum żgur m'hijiex tiddependi biss mill-fattur finanzjarju u ekonomiku. Hemm fatturi oħra li qegħdin jikkontribwixxu għal din il-kwalita` tal- ħajja bħal ma huma s-servizzi għall-anzjani li bdew ji'u ntrodotti fil-pajjiż mill-1987 ‘l hawn. Sensiela ta' servizzi li qegħdin jagħmlu użu minnhom tant anzjani u pensjonanti u li f'ħafna każi jgħinuhom biex igħixu ħajja aħjar kemm jekk għadhom igħixu fil-komunita` u kemm jekk qegħdin igħixu f'xi istituzzjoni.

Sinjuri, naħseb li huwa dover ta' kulħadd li nassiguraw sigurta' għall-pensjonant, mhux biss tal-lum iżda wkoll tal-'ejjieni. Għandu responsabbilt'� kbira l-gvern li minn naħa tiegħu jieħu l-miżuri kollha meħtie'a biex jilħaq dan l-iskop u jiena nħossni żgur li dan il-gvern qed jagħmlu. Huwa dmir ukoll ta' l-imsieħba soċjali li flimkien mal-gvern igħinu biex il-pensjonant ikollu din is-sigurt'�. Minn naħa tiegħu anke l-pensjonanti jridu jagħmlu l-almu tagħhom u bil-fatti juru li huma m'humiex biss riċevituri passivi ta' somma flus, imma huma bnedmin attivi u li jridu jkunu integrati f'soċjet'� għal kull et'�.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow