IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI FIL-MINISTERU TA' L-INTERN, IL-PERIT GEORGE PULLICINO ILTAQA' MAL-MEMBRI L-GODDA TAL-BORD TA' L-APPELL DWAR L-IPPJANAR.
Il-Gvern qed jistenna tlett rizultati principali mill-membri l-godda taz-zewg Bordijiet ta' l-Appell. L-ewwel hu li jehtieg li jaghmlu miri cari ghat-tlett snin li gejjin biex inaqqsu n-numru ta' kazijiet pendenti li hemm quddiem il-Bordijiet ta' l-Appell, it-tieni li jkun hemm konformita fid-decizjonijiet li jiehdu z-zewg Bordijiet u t-tielet li jaghmlu r-rakkomandazzjonijiet taghhom biex issir ri-evalwazzjoni regolari tal-pjani u policies.
Dan qalu is-Segretarju Parlamentari l-Perit George Pullicino waqt laqgha li kellu llum mal-membri l-godda tal-Bord ta' l-Appell dwar l-Ippjanar.
Is-Segretarju Parlamentari beda biex awgura hidma tajba lill-membri l-godda tal-Bordijiet, l-iktar biex jonqos in-numru ta' kazijiet pendenti li hemm quddiem il-Bord. Il-Gvern ma jistax jindahal lill-Bord ta' l-Appell peress li dan huwa Tribunal kwazi guridizjarju. Fl-istess hin il-Gvern huwa responsabbli lejn il-pubbliku li ghandu dritt jistenna li jithaffef iz-zmien li fih ghandhom jittiehdu d-decizjonijiet. Biex jghin f'dan il-Gvern ser jara kif fl-iqsar zmien possibbli jitjiebu l-facilitajiet logistici fejn jiltaqghu il-Bordijiet ta' l-Appell.
Il-Perit Pullicino sahaq ukoll dwar il-htiega li jkun hemm iktar sinergija bejn iz-zewg Bordijiet ta' l-Appell biex ikun hemm konformita fid-decizjonijiet li jittiehdu. Il-Perit Pullicino qal li l-Bordijiet ghandhom jeliminaw il-possibiltajiet fejn kazijiet bhal xulxin jigu decizi b'mod differenti miz-zewg Bordijiet.
Is-Segretarju Parlamentari tkellem ukoll dwar il-htiega li jkun hemm iktar diskussjoni bejn il-Bordijiet ta' l-Appell u l-Kummissjoni ghall-Kontroll ta' l-Izvilupp (DCC) ta' l-Awtorita ta' l-Ippjanar biex jigi identifikat tibdil mehtieg fil-pjani u policies.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN