PROCESS TA' NEGOZJATI BEJN MALTA U L-UE
Il-Ministru Joe Borg f'laqgha Ministerjali dwar in-negozjati ma' l-UE:
Negozjati fuq tnax-il qasam fi zmien ghaxar xhur.
Il-process ta' shubija ta' Malta fl-UE ssokta dalghodu b'laqgha ministerjali fi Brussell li ghaliha attenda l-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin, Dr Joe Borg. Ghal-laqgha kienu prezenti Ministri ta' pajjizi ta' l-UE kif ukoll il-Kummissarju Gunther Verheugen ghall-Kummissjoni Ewropea.
Matul il-laqgha gie konfermat il-progress li Malta ghamlet matul dawn l-ahhar ghaxar xhur minn kemm ilha li bdiet in-negozjati. S'issa Malta ghaddiet il-pozizzjoni taghha ghan-negozjati fi sbatax-il qasam differenti minn total ta' wiehed u tletin qasam li dwarhom iridu jsiru n-negozjati. Sa Novembru, Malta ghalqet in-negozjati fi tnax-il qasam.
Il-laqgha ta' dalghodu giet indirizzata mill-Ministru ghall-Affarijiet Ewropej Franciz, Pierre Moscovici, f'isem il-Presidenza Franciza, kif ukoll minn Gunther Verheugen ghall-Kummissjoni Ewropea u l-Ministru Malti ghall-Affarijiet Barranin, Dr Joe Borg. Intervjeniet ukoll il-Ministru ghall-Affarijiet Barranin Svediza, Anna Lindh. L-iSvezja se tmexxi l-Presidenza ta' l-Unjoni Ewropea fl-ewwel sitt xhur tas-sena d-diehla.
Fid-diskors tieghu, il-Ministru Borg qal illi t-thejjija li qed taghmel Malta ghal shubija tidher kemm fuq livell politiku, kif ukoll fuq livell tekniku. Huwa qal illi Malta tqis illi issa hija lesta sabiex tidhol fit-tieni u l-ahhar fazi tan-negozjati. Ghal dan il-ghan huwa qal illi fix-xhur li gejjin se jsir enfazi fuq tliet punti ewlenin:
L-ewwel, illi jehtieg li jinfethu n-negozjati fuq l-oqsma kollha l-ohra li ghad baqa' mill-aktar fis. Ghal dan il-ghan huwa mistenni li Malta thejji u tressaq il-pozizzjoni taghha fuq l-oqsma kollha li ghad baqa' sa qabel l-ahhar tas-sena.
It-tieni, illi n-negozjati ghandhom jiffukaw fuq il-punti krucjali sabiex jinstab qbil li jkun accettabbli ghal kulhadd.
It-tielet, illi Malta ghandha tkompli t-thejjija interna taghha b'adozzjoni tal-ligjiet u t-twaqqif ta' l-istrutturi li huma mehtiega ghal shubija.
Il-Ministru kompla illi Malta tilqa' bil-ferh il-proposta tal-Kummissjoni illi n-negozjati ma' l-aktar pajjizi avvanzati ghandhom jintemmu sa' nofs is-sena 2002 u qal illi dan il-qafas ta' zmien jaqbel ma' dak ta' Malta li wara n-negozjati se tpoggi r-rizultati ghall-approvazzjoni tal-poplu permezz ta' referendum.
Huwa ghalaq billi esprima s-sodisfazzjoni tal-Gvern Malti bil-progress li sar s'issa fin-negozjati u tenna r-rieda politika ta' Malta illi tissieheb fl-Unjoni Ewropea fl-ewwel tkabbir li jmiss. Huwa fakkar illi fis-summit taghha ta' Corfu li kien sar fl-1994, l-Unjoni Ewropea kienet dig'� ddikjarat illi Malta ghandha tigi inkluza fit-tkabbir li jmiss.
Min-naha taghhom, kemm il-Ministru Franciz Pierre Moscovici, kif ukoll il-Kummissarju Gunther Verheugen sejhu l-progress ta' Malta fin-negozjati bhala wiehed impressjonanti. Huma qalu li dan il-progress jixhed kemm l-Unjoni Ewropea qeghda tassew tinnegozja ma' kull pajjiz skond il-pass tieghu u kemm qed taghti cans lil kull pajjiz li jrid, li jilhaq ma' ohrajn li bdew jinnegozjaw qablu. Fil-kaz ta' Malta dan ifisser illi Malta qeghda tilhaq ma' dawk il-pajjizi li ilhom li bdew in-negozjati sa minn sentejn qabilha.
Fi tmiem il-laqgha tkellmet ukoll il-Minstru ta' l-Affarijiet Barranin Svediza, Anna Lindh illi regghet tenniet illi l-presidenza Svediza se taghmel mill-ahjar biex tkompli tmexxi 'l quddiem in-negozjati skond il-pass li jkun jiflah kull pajjiz, anki jekk dan il-pass ikun aktar mghaggel minn dak li huwa mahsub bhalissa.
Fi tmien il-laqgha, il-Ministru approvaw ufficjalment l-eghluq provizorju tan-negozjati bejn Malta u l-Unjoni Ewropea f'hames oqsma kif kien dig'� thabbar xi jiem ilu. Dawn l-oqsma huma il-Protezzjoni tal-Konsumatur u s-Sahha; il-Kultura u l-qasam Awdjo-viziv, l-Istatistika; il-ligi dwar il-Kumpaniji u l-Unjoni Ekonomika u Monetarja. Dan ifisser illi b'kollox s'issa Malta ghalqet in-negozjati fi tnax-il qasam. Is-seba' oqsma l-ohra li kienu dig'� nghalqu aktar kmieni din is-sena kienu: l-Edukazzjoni u t-Tahrig; Xjenza u Ricerka; Negozji Zghar, il-Politika Industrijali; il-Politika Barranija, il-Rabtiet Kummercjali ma' pajjizi mhux membri u t-Telekommunikazzjoni.
Id-delegazzjoni Maltija kienet immexxija mill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin Dr Joe Borg u kienet tinkludi wkoll lic-Chairman tal-Grupp ta' Negozjaturi Richard Cachia Caruana u lill-membri l-ohra tal-Grupp ta' Negozjaturi, l-Ambaxxatur ta' Malta fi Brussell, Victor Camilleri; il-Kap tad-Direttorat ta' l-UE, Saviour Falzon; il-Kap ta' l-MIC Dr Simon Busuttil u l-Assistent Personali tal-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin, Patrick Tabone.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN