Left arrow Mur Lura

IL-BORD DWAR L-ILSIEN MALTI, MAHTUR MILL-MINISTRU TA' L-EDUKAZZJONI, IKOLLU LAQGHAT MA' L-GHAQDIET LI HUMA INTERESSATI FL-ILSIEN MALTI

PR1605
Date Icon 21/10/2000

Il-Bord dwar l-ilsien Malti, rikostitwit f'Lulju li ghadda mill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, jixtieq jgharraf lill-pubbliku li bhalissa qieghed ikollu serje ta' laqghat ma' l-ghaqdiet li ghandhom interess fl-ilsien Malti biex ikun jista' jirrakkomanda lill-Ministru struttura permanenti ghall-ilsien Malti li jkollha l-aktar kunsens wiesa' possibli. Il-Bord fl-istess hin jixtieq jistieden lil min ihoss li jista' jaghti kontribuzzjoni fil-process ta' pjanifikazzjoni tal-lingwa biex iressaq il-hsibijiet tieghu lill-Bord biex dan ikun jista' jifforma kwadru li jinkorpora wkoll is-suggerimenti ta' individwi li jistghu jaghtu sehem fil-process.

Il-Bord dwar l-Ilsien Malti hu maghmul mill-Professur Albert Borg bhala Chairman, u mis-Sinjuri Manwel Mifsud, Gorg Mifsud Chircop u Olvin Vella bhala membri. Is-Sur Albert Callus hu s-segretarju tal-Bord.

Il-Bord inhatar mill-Ministru ta' l-Edukazzjoni

  • biex jistudja l-problemi li qed ihabbat wiccu maghhom l-ilsien Malti,

  • biex ihejji l-istruttura mehtiega ghall-harsien tal-Malti, anke permezz ta' legislazzjoni, u

  • biex ifassal strategija xierqa biex il-Malti, element qawwi ta' l-identita' nazzjonali u l-ewwel mezz ta' kommunikazzjoni bejn il-Maltin, jafferma ruhu u jigi 'l quddiem skond pjan ta' zvilupp mahsub.

Il-Bord jista jigi kkuntatjat jew fuq in-numru tat-telefon 383849 jew permezz ta' fax numru 383831 jew bl-e-mailalbert.p.callus@magnet.mt

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow