Left arrow Go Back

L-INTERNET JIDHOL FL-ISKEJJEL KOLLHA FI ZMIEN ERBA' SNIN

PR1604
Date Icon 21/10/2000

Il-Kumpanija Makeeze ipprezentat Software (rapid application tools) lill-Fakulta' ta' l-Inginerija fl-Universita' ta' Malta. Dan is-software ghandu jkompli jzid mar-rizorsi tad-dipartiment tal-computer science and artificial intelligence fi hdan l-istess Fakulta'.

Is-Software li ghandu valur kummercjali ta' madwar Lm 50,000 diga gie nstallat u se jkun uzat mill-istudenti tar-raba' u l-hames sena tal-kors tal-B.Sc. I.T. Is-Sur Nazzareno Vassallo qal li din id-donazzjoni turi l-impenn favur l-oghla istituzzjoni edukattiva f'Malta, tal-kumpanija Makeeze u l-kumpanija Magic Software Enterprises (Israel).

Waqt din il-prezentazzjoni, filwaqt li rringrazzja lill-kumpanija Makeeze ta' l-inzjattiva taghha, il-Ministru ta' l-Edukazzjoni Louis Galea qal li dan hu ezempju iehor ta' kif l-Universita' u l-Industrija jistghu jikkoperaw b'mod li jiggwadanja kulhadd. Il-Ministru qal li l-Gvern irrikonoxxa l-importanza dejjem tikber tat-teknologija ta' l-informatika fis-socjeta' tal-lum. Is-sena d-diehla il-Gvern se jkun temm il-programm tieghu fl-iskejjel primarji fejn bhalissa hemm medja ta' madwar computer ghal kull seba' studenti. Issa l-gvern irid jibda jiffoka fuq programm ghall-iskejjel sekondarji.

Il-Gvern issa se jibda l-process biex sa l-2004 kull computer f'kull skola jkollu access ghall Internet. Dan il-pass se jkollu impatt pozittiv hafna kemm fuq l-ghalliema u t-tfal li juzawh, kif ukoll fuq l-imaniggjar ta' l-iskejjel u fuq il-kummunita' kollha. Il-hsieb hu li matul dawn l-erba' snin eluf ta' computers fl-iskejjel ta' l-istat, wara li jkunu networked bejniethom, jinghaqdu ma' l-Internet u bhekk ikollhom access globali. Dan il-pass se jkompli jsahhah il-bazi edukattiva f'pajjizna u joffri lill-istudenti u l-kommunita' minjiera bla qies ta' informazzjoni u rizorsi.

Il-Ministru tenna li dan l-infieq irid ikun mifhum bhala investiment fit-tul f'kapital uman li jirrendi. Fil-futur qrib, il-kompettitivita' ta' pajjizna u ghalhekk il-livell ta' ghejxien taghna se jkun jiddependi fuq kemm se nkunu qed nuzaw il-potenzjal kollhu tar-rizorsi umani taghna.

Prezenti ghal din il-prezentazzjoni kien hemm ukoll l-Ing. Alexander j. Tranter jirraprezenta l-kumpanija Makeeze, Ir-Rettur ta' l-Universita' l-Professur Roger Ellul Micallef u Dr. Paul Micallef Dekan tal-Fakulta' ta' l-Inginerija akkumpanjat minn lecturers ohra tal-fakulta'. 

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow