DISKORS MILL-ONOR. EDWIN VASSALLO SEGRETARJU PARLAMENTARI FIL-MINISTERU GĦAS-SERVIZZI EKONOMIĊI FL-OKKAŻJONI TA' L-INAWGURAZZJONI TAL-WEB-SITE TA' L-SMALL BUSINESS EFFICIENCY UNIT - 21 TA' NOVEMBRU 2000
Il-Budget ipprezentat mill-Ministru tal-Finanzi jagħtina spinta 'l quddiem fil-ħidma li qegħdin inwettqu biex niżguraw, u nikkwota mill-Bugdet, li "l-ażjendi żgħar huma fattur importanti fit-tkabbir ta' kull ekonomija" iżjed u iżjed meta qegħdin nipprevedu li, u nerga' nikkwota "is-sena d-dieħla l-ekonomija mistenija tikber b'7.2 fil-mija." Dan il-'id irridu nkabbruh fl-ambjent fejn il-globalizazzjoni tfisser aċċess għal swieq li qabel kienu impossibbli, aċċess għal servizzi u prodotti li qabel, jew ma konniex nafu bihom jew kienu projbiti li nużawhom. Il-globalizazzjoni tfisser organizzazzjoni kummerċjali differenti, strutturi ta' spejjeż li qed jinbidlu, u relazzjonjiet bejn l-operaturi kummerċjali u ekonomiċi li żdiedu tremendament fil-ħeffa tagħhom."
B'dawn l-objettivi ta' żvilupp, irridu naraw li< kif intqal fid-diskors tal-Budget, is-settur kummerċjali f'pajjiżna jifhem il-ħtie'a li l-ekonomija tagħna tkun waħda mill-aktar kompetittivi". Ghal dan il-għan qegħdin nippjanaw l-ħidma tagħna biex is-settur ta' l'intrapriżi żgħar jsibha facli li jahdem fl-ekonomija l-'dida u għalhekk juzaw l-informatika u l-E-Commerce. Kull inizjattiva jew għajnuna biex jibdew u jikbru f'dan il-qasam hija importanti.
B'dan l-impenn fil-messa'' tal-Budget għas-sena 2001, ser inkomplu nħarsu madwarna, u nkomplu insaħħu l-fehma tagħna biex naħdmu b'risq il-promozzjoni ta' din l-għodda 'dida li s-settur kummerċjali jista juża issa fil-kummerċ tiegħu.
'�arsa madwarna
F'ċirkustanzi fejn illum fin-negozju jirbaħ min kapaċi jikkompeti u jkun novattiv, qegħdin inħarsu lejn il-kummerċ elettroniku bħala mezz 'did u innovattiv li llum qed jitqies bħala sfida 'dida għal kull negozju. Sfida għaliex is-settur tan-negozju għandu għodda oħra li permezz taghha jista' jasal biex ikabbar il-preżenza tieghu fis-suq.
Min qiegħed fin-negozju u jrid jikkompeti f'territorju elettroniku jista' jasal li jkollu ħanut 'did fejn minn fuq il-computer, bl-internet jista' joffri lill-klijentela tieghu aktar għazla ta' prodotti jew servizzi. '�al din ir-raguni l-"E-Commerce" qiegħed jiffaċilita l-mod ta' kif isir in-negozju u nistgħu ngħidu li sar fost l-iżjed metodi mgħa''la u sempliċi ta' kif wieħed jista faċilment jixtri jew ibiegħ.
Kemm-il darba jkollna settur kummerċjali li jkun mgħejjun juża din l-għodda aħjar, persważ li jkollna settur li kapaċi jikkompeti aħjar u jasal iżjed biex javviċina swieq 'odda bl-inqas spejjeż possibbli.
Il-kummerc elettroniku kemm-il darba użat tajjeb għandu jwassal ukoll biex jinholqu inizjattivi 'odda kummerċjali, li kapaċi wkoll jinkludi kull għotja ta' servizz. Ghalhekk dan huwa mezz li jista' jintuża min kull negozju jew service provider. Din hija sistema li kapaċi tiffaċilita l-espansjoni tan-negozju f'swieq 'odda, kif ukoll tasal li toffri opportunitajiet innovattivi. '�ad naslu li bħala negozji nintebħu li ser nkunu qegħdin nitilfu kemm-il darba ma nkunux preżenti f'dan is-suq il-gdid.
Sfidi 'odda
Mhux kollox ward u żgħar f'dan il-qasam. L-E-Commerce huwa għodda, inovattiva li toħloq sfidi 'odda li rridu niffaċjaw biex naraw li dak li jista' jkun negattiv f'dan ir-rigward, ikun inwarrab jew imtaffi.
Ċirkustanzi li jistgħu joħolqu diffikultajiet fl-iżvilupp ta' dan il-qasam jistgħu faċilment inisslu nuqqas ta' kunfidenza fis-settur kummerċjali u fil-konsumatur. Principarjalment qieghed nirreferi ghal:
Sigurezza fit-tħaddim ta' din is-sistema
Privatezza ta' kull transazzjoni
Harsien tad-drittijiet tal-konsumatur meta jintuża dan il-mezz,
Edukazzjoni u gharfien mis-settur kummerċjali dwar in-negozju elettroniku
L-aċċessibilta' u l-kunfidenza fl-uzu tal-elettronika.
Bil-ħidma tal-E-Commerce Task Force irridu naslu biex, u nerga' nikkwota din id-darba mill- Programm ta' Hidma 2001- Kompetittivita b' Innovazzjoni:
"Ser tkun qiegħdha tħares lejn kif qiegħed jiżviluppa l-E-Commerce f'pajjiżna b'referenza għan-negozji żgħar u twassal l-użu ta' din l-għodda fil-kummerċ fl-aktar numru ta' negozji."
Permezz ta' ezercizzju immedjat għandu
Isir analiżi ta' kif le'islazzjonijiet li saru biex proprju jippromwovu l-E-Commerce naraw kif jolqtu lil dawk li jinqdew b'dan il-mezz. Wara jkunu proposti su''erimenti kemm għall-emendi jekk tkun il-ħtie'a, kif ukoll ikun su''erit le'islazzjonjiet 'odda f'dan il-qasam, ukoll kemm-il darba jkun jinħass il-bżonn.
Ikun diskuss u mwassal il-messa'' lis-settur kummerċjali li dawn il-li'ijiet qegħdin jippro'ettaw.
Ikunu proposti skemi u inċentivi biex ikun hemm penetrazzjoni u uzu ahjar ta' l-internet mis-self-employed u l-impriżi żgħar.
Permezz ta' siner'ija fost dawk kollha nvoluti f'dan il-qasam ser tkun ikkordinata ħidma biex is-settur kummerċjali tagħna jkun imħajjar aktar jinqeda b'dan il-mezz.
Ikunu analizzati l-prezzijiet li jintalbu mis-service providers f'dan il-qasam u għalhekk dan it-Task Force jara li kemm jista' jkun il-prezzijiet ikunu flessibli u accessibli ghal but ta' kull settur kummerċjali.
Kampanja ghal gharfien akbar tal-facilitajiet elettronici li joffri l-qasam bankarju u vantaggi ghal min juza t-transazzjonijiet elettronici fir-relazzjoni tiegħu ma' dan is-service provider importanti.
Il-membri tat-Task-Force.
Il-Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi b'kordinazzjoni mal-Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni waqqfet din it-'Task–Force' biex twassal li l-Kummerc Elettroniku jkun għodda aċċessibbli f'kull negozju fil-ħajja ta' kuljum. It-Task Force ji'bor rappreżentanti mill-Federation of Industry, Chamber of Commerce, General Retailers and Traders Union, Bank of Valletta, MITTS u Terranet Ltd, rappreżentanti mill-Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi, mill-Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni, kif ukoll uffiċjali mill-Small Business Efficiency Unit li ser jikkordinaw ukoll il-ħidma eżekuttiva ta' din it-'Task-Force'.
Stedina miftuħa
Kull min irid ikun involut fil-konsultazzjoni f'dan il-qasam biex jaghti sehmu f'din il-mixja ta' żvilupp ikun apprezzat. Dan l-eżerċizzju huwa miftuħ għal dawk kollha li jridu jagħtu sehemhom u hekk flimkien ingawdu minn dak li naħdmu.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN