ID-DIVIZJONI TAS-SAHHA TIKKJARIFIKA XI PUNTI DWAR L-ARBLI TAL-MOBILE PHONES
Wara diversi rapporti u ittri li dehru fil-gurnali dwar il-periklu mill-arbli tal-Mobilephones, id-Divizjoni tas-Sahha thoss li ghandha tkkjarifika xi punti li tqajmu f'dawn ir-rapporti.
Ir-Rapport tal-Kumitat Kongunt bejn il-Ministeru ghat-Trasport u Komunikazzjoni, il-Ministeru tas-Sahha u l-Ministeru ghall-Politika Socjali, kien intiz biex jevalwa l-potenzjal ta' riskju mill-arbli tal-Mobile phones. Ir-rakkomandazzjonijiet li hargu minn dan ir-rapport kienu bbazati fuq ricerka intensiva t'aktar minn tmenin (80) studju u rapport li hargu minn diversi xjenzjati u organizzazzjonijiet awtorevoli madwar id-dinja kollha. Ghaldaqstant id-Divizjoni tas-Sahha theggeg lill-publiku biex, qabel jinholqu kontroversi bla bzonn dwar rapporti sporadici li wiehed jiltaqa' maghhom minn jum ghal iehor, iqisu sew il-validit'� xjentifika ta' dawn ir-rapporti. Il-publiku hu assigurat, li kuntrarjament ghal dak li nkiteb f'xi gurnali, ir-rakkomandazzjonijiet mahruga mill-Kumitat Kongunt la nhargu bl-addocc u wisq anqas b'element ta' pruzunzjoni.
Id-Divizjoni tas-Sahha issostni li mill-evidenza xjentifika li tezisti sal lum m'hemm l-ebda prova ta' hsara ikkagunata mill-arbli tal-Mobile phones.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN