ITTRI MID-DIRETTUR GENERALI TAS-SAHHA, DR. RAY BUSUTTIL, LIS-SEGRETARJA, TAQSIMA SERVIZZI PUBBLICI TAL-GWU U LIS-SEGRETARJU, TAQSIMA SERVIZZI TAS-SAHHA TAL- UHM RIGWARD L-UNIFORMIJIET TAN-NURSING AIDES
Ms. J. Attard Sultana
Segretarja
Taqsima Servizzi Pubblici
G.W.U.
Suggett: Uniformijiet tan- Nursing Aides
Nirreferi ghall-ittra tieghek datata 23 ta' Ottubru 2000 dwar is-suggett hawn fuq imsemmi u s-sussegwenti direttivi mahruga mill-Union tieghek lin-Nursing Aides concernati.
Hija tassew hasra li wara li d-Divizjoni tas-Sahha kkoncediet li l-kulur ta' l-uniformi tan-Nursing Aides jigi ssugerit u possibilment deciz mill-istess Nursing Aides, dejjem ghas-sodisfazzjon ta' l-istess Divizjoni, il-Union tieghek issa ghogobha tiehu l-pozizzjoni li fil-fatt qieghda tiehu. Jiena nhoss li bhala Divizjoni jiena fl-obbligu li nikkonsulta ruhi mal-Unions dwar l-istil ta' l-uniformi, u l- konsistenza tal-materjal li minnha tinhadem l-istess uniformi. Jiena nemmen li dawn iz-zewg affarijiet jistghu jaffettwaw lill-haddiema fix-xoghol taghhom u ghaldaqstant ikkonsultajt ruhi maghkom fuq dawn l-elementi u accettajt il-proposti taghkom. Daqstant inhoss li ma kelli l-ebda htiega li nikkonsulta ruhi dwar il-kulur tal-materjal ta' l-uniformi. Din kienet koncessjoni li kont lest naghti sabiex kemm jista' jkun il-kulur ikun l-ghazla ta' l-istess haddiema. Il-kulur maghzul mill-Union tieghek mhuwiex accettabbli ghad-Divizjoni tas-Sahha.
Barra minn hekk, Union ohra li tirrapprezenta wkoll lin-Nursing Aides, issottomettiet proposta ghal-kulur totalment differenti minn dik proposta mill-Union tieghek. Inti tifhem li d-Divizjoni tas-Sahha ma tistax taccetta li jkollha Nursing aides membri ta' Union wahda lebsin uniformi differenti min-Nursing Aides membri ta' Union ohra.
Id-Divizjoni tesigi li kwalunkwe kulur maghzul ghal l-uniformijiet tan-Nursing Aides ma jistax ikun fl-istess skala ta' kuluri stabbiliti ghal uniformijiet ohra. Jien ghaldaqstant ser naghti sa l-15 ta' Dicembru sabiex nigi pprezentat b'kulur li jkun maghzul mill-haddiema izda accettabbli ghad-Divizjoni. Jekk sa l-ahhar ta' Novembru jiena ma nirceviex proposta li tkun taqbel bejn il-Uniontieghek u l-Union l-ohra li tirrapprezenta lin-Nursing Aides, jiena ma jkolli l-ebd'alternattiva hlief li naghzel kulur jien u kontra qalbi jigi mpost fuq in-Nursing Aides.
Dr Ray Busuttil
Director General (Health)
17 ta' Novembru 2000
Mr. J.M. Briffa
Segretarju
Taqsima Servizzi tas-Sahha
U.H.M.
Suggett: Uniformi tan-Nursing Aides
Nirreferi ghall-ittra tieghek datata 31 ta' Ottubru 2000 dwar is-suggett hawn fuq imsemmi.
Il-proposta ghall-kulur ta' l-uniformijiet tan-Nursing Aides maghmula mill-Union tieghek ma tistax tigi kkunsidrata mid-Dipartiment minhabba l-fatt li ma ntbaghtetx mostra ta' dan il-kulur. Id-Divizjoni ma' tistax tiehu decizjoni qabel tizgura li l-kulur maghzul ma' jkunx fl-istess skala ta' kuluri ta' uniformijiet diga' ezistenti. Barra minn hekk il-proposta tal-Union tieghek ma taqbilx mal-proposta maghmula mill-Union l-ohra li tirrapprezenta n-Nursing Aides. Inti tifhem li d-Divizjoni tas-Sahha ma tistax taccetta li jkollha NursingAides membri ta' Union wahda liebsin uniformi differenti min-Nursing Aides membri ta' Union ohra.
Ghaldaqstant nitolbok li tikkonsulta mal-Union l-ohra u flimkien tipprezentaw lid-Divizjoni tas-Sahha kulur li ma jaqghax fl-iskala ta' kuluri ta' uniformijiet diga' ezistenti.
Jekk jiena ma' jkollix proposta ghall-kulur li tkun accettabbli ghad-Divizjoni sa l-15 ta' Dicembru, ma jkolli l-ebd' alternattiva hlief li nasal dwar decizjoni ghall-kulur jien.
Dr Ray Busuttil
Director General (Health)
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN