FESTIVAL KANZUNETTA GHALL-EWROPA 2001
229 kanzunetta gew sottomessi ghall-edizzjoni li jmiss tal-Festival Kanzunetta ghall-Ewropa li se ssir fit-2 u t-3 ta' Frar 2001, f'Dar il-Mediterran ghall-Konferenzi. Is-sejha ghall-kanzunetti ghalqet il-bierah, fl-4.00pm.
Dawn il-229 kanzunetta l-gimgha d-diehla jitnizzlu ghal 36 minn gurija maghmula minn 10 persuni. L-ghazla tal-kanzunetti, li f'dan l-istadju ssir permezz tas-smigh ta' CD's, se ssir fil-Lukanda Hilton li din is-sena huma wiehed mill-isponsors tal-Festival. Dawn is-36 kanzunetta imbaghad jinstemghu live quddiem gurija ohra lejn nofs Dicembru.
Intant, il-Kumitat Organizzativ, Festivals tal-Kanzunetta Maltija, ihabbar li s-36 kanzunetta li se jghaddu ghat-tieni fazi eliminatorja se jithabbru nhar is-Sibt 25 ta' Novembru fil-11 ta' filghodu f'Dar il-Mediterran ghall-Konferenzi. Il-kompozituri, awturi, kantanti u dawk kollha interessanti, flimkien mal-membri tal-istampa, huma mistiedna jattendu.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN