SILTIET MID-DISKORS TA' DR. FRANCIS ZAMMIT DIMECH, MINISTRU GĦALL-AMBJENT WAQT L-INAWGURAZZJONI TA' SISTEMA ĠDIDA TA' DWAL FI TRIQ IR-REPUBBLIKA FIL-BELT VALLETTA
Il-Ministru Francis Zammit Dimech qal li s-sistema ta' dawl 'did ta' Triq ir-Repubblika kien pro'ett ieħor importanti li qed jitwettaq mill-Ministeru tiegħu biex jagħti ħajja 'dida lill-kapitali ta' pajjiżna, l-aktar filgħaxija.
Il-Ministru għall-Ambjent qal li l-Gvern preżenti ilu li għaraf li l-belt Valletta għandha ter'a' tikseb id-dinjit'� li jixirqilha bħala ċentru storiku, politiku u residenzjali. Kien għalhekk li fl-aħħar 13-il sena wettaq diversi pro'etti ta' restawr fuq bini storiku fil-belt kollu. Restawr li jinkludi l-Konkatidral ta' San Gwann, il-Palazz kif ukoll diversi knejjes u palazzi.
Il-Gvern ta wkoll is-sehem tiegħu biex fil-kapitali ta' pajjiżna jitwaqqgħu slums u jitilgħu minn flokhom blokki ta' appartamenti 'odda. Twettqet ukoll ħidma biex diversi appartamenti kienu riabilitati.
Wara t-twettiq tal-pro'ett ta' riabilitazzjoni tal-Kavallier ta' San Ġakbu, li x-xogħol fuqu tfaħħar mhux biss lokalment iżda anke f'media barranija, il-Gvern ħa l-ewwel passi biex jinbeda l-pro'ett ta' teatru li se jitla' fis-sit fejn kien hemm it-Teatru Rjal, il-bini mill-'did ta' Misraħ il-'�elsien u Bieb il-Belt kif ukoll bus terminus 'did u sistema ta' toroq u mini għat-traffiku li jidħol u joħro' mill-belt Valletta.
Il-Ministru Francis Zammit Dimech qal li f'dawn l-aħħar snin is-settur privat ukoll wera l-fiduċja tiegħu fil-belt Valletta u investa bis-sħiħ fi pro'etti kummerċjali bħal dak ta' l-Embassy li għadu kif kien inawgurat fi Triq Santa Luċia.
Il-pro'ett għal sistema 'dida ta' dawl fi Triq ir-Repubblika, li sewa Lm110,000, hu ħolqa oħra f'katina ta' pro'etti maħsuba biex jagħtu dehra isbaħ lill-kapitali ta' pajjiżna u biex jattiraw lejha aktar nies.
Il-Gvern jemmen li wieħed mill-aħjar mezzi biex il-belt ter'a' tieħu l-ħajja hu proprju billi tiżdied b'mod qawwi d-doża ta' attivit'� kuturali. Bil-ftuħ tal-Kavallier ta' San Gakbu bħala Ċentru ta' Kreattivit'� di''� sar pass importanti f'din id-direzzjoni. Il-pass li jmiss hu l-pro'ett ta' Bieb il-Belt li jinkludi l-bini ta' teatru għal attivitajiet diversi. Il-Gvern determinat li jara li dan it-teatru, flimkien mal-pro'etti kollha li hemm maħsuba għad-daħla tal-Belt, jitwettqu fl-aqsar żmien possibbli. Hi x-xewqa tal-Gvern li jkun hemm imprendituri Maltin li jitħajjru jinvestu f'dan l-iżvilupp.
Il-Ministru Zammit Dimech semma inizjattiva li kienet qed tkun diskussa bejn il-Pro'ett għar-Riabilitazzjoni tal-Belt Valletta, il-Kunsill Lokali, l-Awtorit'� Maltija għat-Turiżmu u l-GRTU sabiex għal perijodu qasir, u bi prova, is-sena d-dieħla l-ħwienet jiftħu aktar fit-tul bl-iskop li jkun hemm aktar attivitajiet kulturali u kummerċjali filgħaxija.
Il-Ministru għall-Ambjent qal li kien ta' pjaċir għalih jinnota li l-Pro'ett għar-Riabilitazzjoni għall-Belt Valletta qed isib aktar sponsors għal pro'etti ta' restawr. Tenna li per'� kien hemm lok għal ħafna aktar sponsorships.
Il-Ministru Francis Zammit Dimech qal li kien ta' pjaċir għalih li jinawgura il-pro'ett ta' dawl 'did fi Triq ir-Repubblika li għandu jgħin ħafna biex il-belt kapitali tagħna tingħata l-importanza li jixirqilha.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN