Left arrow Mur Lura

DISKORS MILL-ONOR. LAWRENCE GONZI, AGENT PRIM MINISTRU U MINISTRU TAL-POLITIKA SOCJALI, WAQT SEMINAR DWAR "FOCAL POINTS FOR GENDER EQUALITY" ORGANIZZAT MID-DIPARTIMENT GHAN-NISA FIS-SOCJETA`

PR1564
Date Icon 15/11/2000

Sinjuri

Huwa ta' pjacir ghalija li ghal darb'ohra nerga' jkolli l-okkazzjoni niltaqa' maghkom waqt seminarorganizzat propju ghalikom ufficjali inkarigati ghat-twettiq tal-politika tal-Gvern favur l-integrazzjoni aktar shiha bejn is-sessi fl-aspetti kollha ta' attivita', kemm dik ekonomika kif wkoll dik socjali.

Ilkom hafna tisimghu li l-Gvern jemmen bis-shih fil-potenzjal ta' kull persuna bhala rizors indispensabbli fil-process ta' l-izvilupp tal-pajjiz. Ghalkemm nirrepetuh hafna drabi, hemm bzonn li nkomplu nishqu fuq il-holqien ta' kuxjenza li tkompli taghraf l-importanza tal-izvilupp tar-rizorsi umani taghna u l-partecipazzjoni shiha ta' kull persuna fl-ekonomija u fil-holqien tal-gid li minnu jgawdi kulhadd. Huwa precizament ghal dan il-ghan li aktar nisa ghandhom bzonn jinvolvu ruhhom f'kull qasam kemm tas-socjeta` inkluz fis-suq tax-xoghol.

Hafna jahsbu li il-mixja favur partecipazzjoni ahjar u akbar tan-nisa fis-socjeta' hija sfida ghal dawk li huma nvoluti fit-tfassil ta' politika favur in-nisa. Dan huwa zbaljat. Il-partecipazzjoni tan-nisa hija mportanti ghas-socjeta' kollha kemm hi, ghaliex jekk tintlahaq ma jgawdux biss in-nisa imma jgawdi kulhadd.

B'sodisfazzjon nirregistra li b'rizultat dirett tal-politika tal-Gvern f'dan il-qasam, il-partecipazzjoni tan-nisa fid-dinja tax-xoghol qieghda dejjem tizdied kemm jekk naraw in-numru ta' dawk li jidhlu jahdmu fuq bazi ta' full-time u aktar u aktar dawk li jaghzlu li jaghmlu xoghol part-time. Din iz-zieda fenomenali tista' tigi nterpretata b'diversi metodi, madankollu, nisperaw li x-xejra taz-zieda li qed nesperjenzaw tibqa'tizdied matual is-snin li gejjin sabiex jinkiseb livell li jirifletti x-xejriet ta' pajjizi zviluppati b'ekonomija sodi, u – aktar importanti minn hekk – li jirrifletti l-konvinzjoni taghna li l-mara Maltija ghandha postha b'mod shih fl-izvilupp ta' pajjizna.

Inzid nghid ukoll li waqt li naraw bidla fir-rwol tal-mara fl-ambitu tax-xoghol barra mid-dar, qeghdin naraw ukoll bidla fir-rwol tal-mara flimkien mar-ragel taghha fil-familja. Fejn qabel ir-responsabbiltajiet tal-familja kienu jaqghu kollha fuq spallejn il-mara, illum qieghed jizdid ukoll il-bilanc fir-rigward tar-responsabbiltajiet tal-familja bejn il-genituri. Aktar ma jghaddi z-zmien aktar il-familja Maltija qieghda tersaq lejn dik li tissejjah familja ‘simetrika': familja li fiha l-mara u r-ragel jaqsmu u jghixu d-dmirijiet taghhom flimkien kemm f'dak li jirrigwarda x-xoghol tad-dar, kif ukoll fit-trobbija ta' l-ulied. Dan huwa zvilupp importanti u pozittiv li jkompli jghin fil-process ta' tqarrib bejn ir-rwoli ta' l-irgiel u n-nisa f'kull settur u livell tal-hajja.

Irridu nifhmu li bidla bhal din ggib maghha bidla fil-mentalita` u fil-kultura taghna. Kif tafu l-mentalita` ta' kull individwu titrawwem u tintghagen matul is-snin u mhux facli li tibdel metodi li jkunu sabu l-gheruq taghhom fil-karattru u l-personalita' ta' l-individwu sa minn ckunitu. Mentalita` bhal din ma tinbidilx mil-llum ghal ghada imma trid iz-zmien kif hadet iz-zmien biex tinbena.

Din il-bidla fil-mentalita` tista' tfisser skumdita ghal min ma japprezzax bizzejjed il-principju ta' l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irgiel. Izda ma ninsewx li l-ugwaljanza hija dritt li tohrog mid-dinjita` tal-bniedem!

Il-Gvern ihaddan dan l-impenn billi jkun huwa stess li jmexxi bl-ezempju. Mizuri importantissimi li ttiehdu matul dawn ix-xhur li ghaddew favur il-bilanc bejn ix-xoghol u l-familja huma dawk ta' sighat imnaqqsa tax-xoghol, il-leave ta' responsabbilta`, il-leave ghall-adozzjoni jew fostering u l-estensjoni tal-leave tal-maternita' b'gimgha b'aktar flessibilta' fil-mod ta' kif jista' jittiehed. Dawn l-inizjattivi li kollha kemm intom ninsab cert li intom konxju taghhom, hemm bzonn li nkomplu nitkellmu fuqhom sabiex inzidu l-gharfien ta' dawn il-mizuri ghaliex spiss nahseb li ghad m'hawnx aprezzament bizzejjed tal-bidla enormi li gab il-Gvern bl-introduzzjoni ta' dawn il-mizuri.

Ezempju iehor ta' inizjattiva li ha l-Ministeru ghall-Politika Socjali f'dawn l-ahhar gimghat kien il-programm ta' tahrig ghan-nisa li jridu jirritornaw biex jaghtu sehemhom fis-suq tax-xoghol. Dan il-programm gab ghall-ewwel darba flimkien lill-Kummissjoni ghall-Avvanz tal-Mara, lil-Korporazzjoni tax-Xoghol u Tahrig u lill-Bord tal-Koperattivi f'inizjattivi li jifthu diversi opportunitajiet godda ghal dawk in-nisa li ghal xi raguni jew ohra jkunu nqatghu mid-dinja tax-xoghol u jkunu qed isibuha difficli sabiex jergghu jiksbu l-kunfidenza fihom nfushom sabiex jibdew ifittxu xoghol jew jiehdu l-inizjattiva sabiex jkunu krejattivi u joholqu huma stess opportunitajiet ta' xoghol bhalma huma l-koperattivi.

Nixtieq nenfazizza li dawn il-mizuri ta' azzjoni pozittiva gew imwettqa sabiex tinholoq socjeta` aktar ekwa billi l-mizuri kollha jitgawdew kemm min-nisa kif ukoll mill-irgiel. Inzid nghid ukoll li nittama li dawn l-inizjattivi li qed jiehu l-Gvern jservu bhala xprun, kemm ghal min ihaddem kif ukoll ghal min jirrapprezenta l-haddiema, sabiex huma ukoll jissiehbu u jippartecipaw b'mod konkret fit-twettieq ta' din il-politika.

Il-partecipazzjoni attiva ta' l-imsiehba socjali f'dan il-process huwa essenzjali. Aktar ma jmur aktar qed jinghata mportanza l-fatt li l-gender mainstreaming huwa wkoll element importanti fid-djalogu socjali bil-partecipazzjoni attiva tal-partijiet socjali u tas-socjeta' civili. Mhux biss hemm bzonn li l-partijiet socjali jinnegozjaw pakketti ta' inizjattivi li jirrifflettu l-mizuri pozittivi tal-Gvern favur il-bilanc bejn ix-xoghol ekonomiku u d-dmirijiet tal-familja, imma l-unions tal-haddiema u l-organizzazzjonijiet ta' min ihaddem infushom ghandhom jaraw li tizdied il-partecipazzjoni tan-nisa fil-livelli amministrattivi u ezekuttivi tal-istrutturi taghhom. In-nuqqas ta' nisa f'dawn l-organizzazzjonijiet huwa evidenti u jinhass b'mod li ghadu qawwi.

Jien fiducjuz li mexjin fid-direzzjoni t-tajba. Naturalment, inkunu nistghu nghidu li wasalna fejn nixtiequ, meta xi darba ma jkunx hemm bzonn nahsbu izjed f'mizuri ghall-ugwaljanza jew fil-gender mainstreaming ghax l-ghan ikun intlahaq. Dak ikun verament ta' sodisfazzjon ghalina u b'mod partikolari ghalikom li tkunu gibtu bidla fis-socjeta` taghna ghall-ahjar ta' kull wiehed u wahda minna u allura ghall-pajjiz kollhu kemm hu. Socjeta` b'sahhitha hija socjeta` ghal kulhadd u ebda socjeta` ma tista' tikber jekk thalli barra lil ftit jew hafna mill-membri taghha.

Intant it-twettiq ta' din il-missjoni titkejjel mill-attivita taghkom. Intom l-ankri u d-dirghajn ta' din il-politika tal-Gvern fid-diversi oqsma tal-operat tieghu. Lilkom ahna tajniekhom ir-responabbilta` li tqajmu kuxjenza favur l-ugwaljanza u l-opportunitajiet indaqs billi tigbdu l-attenzjoni u tinfluenzaw lil dawk li jiehdu d-decizjonijiet sabiex il-bzonnijiet favur l-ugwaljanzi ta' bejn in-nisa u l-irgiel tintlahaq darba ghal dejjem.

F'dan il-kuntest nixtieq insemmi l-fatt li dan l-ahhar jiena flimkien mal-Chairperson tal-Kummissjoni u d-Direttur tad-Dipartiment iltqajna mas-Segretarji Permanenti kollha li hemm fi hdan is-Servizz Pubbliku u qsamna maghhom il-vizjoni taghna u tlabnihom wkoll sabiex jiehdu sehem fiha. Kienet esperjenza pozittiva li permezz taghha stajna nkomplu nqajmu kuxjenza fl-ghola livelli tat-tehid tad-decizjonijiet fis-Servizz Pubbliku bl-intenzjoni li din il-vizjoni tkun tista' tikseb l-appogg mehtieg ta' dawk li qed imexxu u tkun tista' tigi mifruxa fid-diversi livelli u funzjonijiet tal-Gvern. F'dan is-sens wkoll, il-Ministeru tieghi qed isegwi kontinwament il-livell ta' partecipazzjoni tan-nisa fl-istrutturi tal-Gvern partikolarment fil-livelli tat-tehid tad-decizjonijiet sabiex ikun hu stess li jqajjem kuxjenza fuvur partecipazzjoni akbar u ahjar.

Huwa f'dan l-ambitu li d-Dipartiment ghan-Nisa fis-Socjeta` ghandu r-responabbilta li jipprovdi informazzjoni u tahrig kontinwu ghalikom sabiex tkunu tistghu twettqu b'mod effettiv dan l-idejal ta' ugwaljanza u opportunitiajiet indaqs f'kull qasam tas-socjeta`. Nixtieq nenfasizza li t-tahrig ma' ghandux jinghata biss f'seminars bhal dawn imma ghandu jkun programm kontinwu ta' zvilupp b'kuntatt frekwenti u sod matul is-sena kollha fuq livell individwali jew settorjali sabiex jigu indirizzati l-isfidi li n-nisa f'oqsma differenti tax-xoghol jkunu qed jesperjenzaw u sabiex jkunu jistghu jsiru l-interventi necessarji biex jitjiebu l-kundizzjonijiet tax-xoghol tan-nisa u biex jintlahaq dejjem aktar dak il-bilanc li huwa mixtieq bejn il-karriera, il-familja u d-doveri civili l-ohrajn.

Nixtieq personalment nirringrazzjakom ghall-hidma taghkom u ghar-responsabbilta li ilqajtu b'hegga u entuzjamu ghall-hidma fil-qasam tal-gustizzja socjali msejsa fuq valuri li jpoggu fic-centru l-persuna umana…gustizzja socjali li tfisser kemm drittijiet kif ukoll dmirijiet socjali.

Ghalkemm fil-pajjiz qeghdin naraw bidla pozittiva fi hdan il-kuncett ta' l-ugwaljanza ghad hemm hafna xi jsir u l-isifidi jibqghu kbar. Il-ligiijiet u azzjonijiet pozittivi huma minghajr dubju tajba izda wahedhom mhumiex bizzejjjed. Il-pajjiz ghandu bzonn nies bhalkom li jkunu kapaci jaghmlu hilithom sabiex id-diskriminazzjoni fuq bazi ta' sess tinqata' darba ghal dejjem.

Nawguralkom xoghol impenjattiv u minn qalbi nirringrazzjakom ghall-impenn li qed turu fix-xoghol taghkom.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow