WORKSHOPS GĦAL ŻGĦAŻAGĦ GĦAWDXIN
Nhar il-'�amis 9 ta' Novembru grupp ta' studenti li jattendu l-iskejjel sekondarji privati, pubbliċi u dawk tas-snajja', attendew għal workshops organizzati mill-Fondazzjoni OASI 'ewwa l-NGO Centre fix-Xewkija.
B'kollox madwar 600 student minn dawn l-iskejjel attendew għall-programm ta' attivitajiet Studio 5, sensiela ta' taħditiet u workshops immirati lejn it-taħri' u l-edukazzjoni fost iż-żgħażagħ, speċjalment dwar issues ta' importanza bħalma huma l-valuri dwar relazzjonijiet, il-futur u lifeskills li jolqtu direttament liż-żgħażagħ. Waqt żjara qasira li għamlet il-Ministru għal Għawdex, l-Onor. Giovanna Debono, hija saħqet dwar l-importanza ta' edukazzjoni għall-ħajja filwaqt li nkora''iet lill-Fondazzjoni OASI fil-ħidma kontinwa u fejjieda tagħha favur il-qasam soċjali tal-gżira.
Il-Fondazzjoni Oasi taħdem matul is-sena kollha sabiex tifrex is-servizzi tagħha ta' għajnuna edukattiva, soċjali u psikolo'ika illi hija tassew stmata tajjeb minn dawk illi jagħmlu użu mis-servizzi offruta. Speċjalment fil-qasam tat-trattament u l-prevenzjoni ta' problemi relatati mal-vizzji tad-droga u alkoħol, din il-Fondazzjoni sservi ta' kenn għal persuni li jbatu l-konsegwenzi ta' xi abbużi jew problemi oħra.
Studio 5, immirat speċifikament għall-istudenti tal-Form 5, 'ie organizzat 'ewwa ċ-Ċentru li l-Ministeru għal Għawdex fetaħ sabiex jgħin lil dawk l-għaqdiet non-governattivi jegħlbu l-limitazzjonijiet tagħhom u b'hekk ikomplu jiżviluppaw il-potenzjal tagħhom ħalli jipprovdu servizzi dejjem iktar professjonali u personalizzati.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN