SEMINAR MINN ORGANIZZAZZJONI EWROPEA DWAR IL-HARSIEN TAL-KONSUMATUR
Il-Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi flimkien mal-Kunsill għall-Affarijiet tal-Konsumatur u d-Dipartiment tal-Konsumatur se jorganizzaw seminar li ser jittratta fid-dettall għadd ta' kwistjonijiet relatati mal-qasam tal-konsumatur. Dan is-seminar li qed isir bl-għajnuna tat-Technical Assistance Information Exchange (TAIEX) Office ta' l-Unjoni Ewropea, se jsir nhar it-Tlieta 21 ta' Novembru 2000 fil-Forum Hotel, Ta' L-Ibra''.
F'dan is-seminar se jkunu ttrattati għadd ta' direttivi ta' l-Unjoni Ewropea, fosthom fuq il-General Products Safety, Unfair Contract Terms u Consumer Credit. Se ssir diskussjoni wkoll fuq ir-rwol tal-għaqdiet tal-konsumatur u l-implimentazzjoni ta' direttivi ta' l-Unjoni Ewropea.
Is-Seminar se jinfetaħ minn Dr. George Hyzler, Segretarju Parlamentari fil-Ministeru Għas-Servizzi Ekonomiċi, Mr. J van Lysenbettens minn DG SANCO tal-Kummissjoni Ewropea u Mrs Bridget Czarnota, Direttivi tat-TAIEX Office ta' L-Unjoni Ewropea.
Fost il-kelliema ewlenin f'dan is-seminar insibu lill-Mr T Utterst'�m mill-Ministeru għall-Ġustizzja Svediz, lill-Mr Peter De Munck mill-Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi Bel'jan, lill- Mrs Macdowal mill-Office of Fair Trading Ingliz, u l-Mr M. Fontaine, Direttur ta' Centre de Droit de la Consommation Bel'jan.
Għal aktar informazzjoni fuq dan is-seminar wieħed għandu jikkuntattja lis-Sinjorina Sue Ellen Grixti fuq in-numru 227070. Is-Seminar jiftaħ fid-9 ta' fil-għodu u jintemm fis-6 ta' filgħaxija.
TAIEX CONSUMER PROTECTION SEMINAR
The Ministry for Economic Services in collaboration with the Department of Consumer Affairs and the Consumer Affairs Council are organising a one-day seminar on various issues related to Consumer Protection. The Seminar is organised in conjunction with the Technical Assistance Information Exchange [TAIEX] Office of the European Union.
The Seminar will be held at the Forum Hotel in Ta' L-Ibragg on Tuesday 21st November 2000. EU directives on General Product Safety, Unfair Contract Terms and Consumer Credit will be discussed during this seminar along with the issue of Consumers Associations in the implementation of EU Legislation.
The seminar will be opened by Dr. George Hyzler, Parliamentary Secretary, Ministry for Economic Services, Mr. J van Lysenbettens, DG SANCO, European Commission and Mrs Bridget Czarnota, Head, TAIEX Office.
Other speakers include Mr T Utterst'�m, Ministry of Justice, Sweden, Mr Peter De Munck, Ministry for Economic Affairs, Belgium, Mrs Macdowal, Office of Fair Trading, United Kingdom, and Mr M. Fontaine, Director, Centre de Droit de la Consommation Belgium.
More information may be obtained from Ms. Sue Ellen Grixti on 227070. The seminar will be from 09.00am till 6.00pm. Registration will open at 08.30am.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN