ID-DIPARTIMENT TAS-SIGURT SOCJALI INIEDI L-"QUALITY SERVICE CHARTERS"
Seba' beneficcji socjali gew moghtija ‘Quality Service Charter' li ser ifisser garanzija ta' hlas fil-hin minn meta' ssir xi applikazzjoni ghall-beneficcju. Aktar min hekk, id-Dipartiment qed jiehu l-inizjattiva u jkun pro-attiv fejn jidhlu l-pensjonijiet u l-ghotja taz-zwieg u l-allowance tat-tfal – dan ghaliex dawk li jkunu ser jirtiraw mill-ewwel ta' Marzu 'l quddiem sejrin minn ghada jibdew jircievu applikazzjoni ghall-pensjoni ta' l-irtirar. L-istess ser jigri lil dawk li ser imorru jirregistraw iz-zwieg taghhom jew it-twelid ta' tarbija mar-registru pubbliku li ser jinghataw l-informazzjoni kollha sabiex japplikaw ghall-beneficcju tat-tfal u ghall-ghotja taz-zwieg.
Barra minn hekk id-Dipartiment tas-Sigurt'� Socjali tawwal il-hinijiet tal-ftuh tat-taqsima tal-Customer Care fil-Belt bil-ftuh ta' dan l-ufficcju wara nofs in-nhar darbtejn fil-gimgha. Gew ukoll maghmula serje ta' fuljetti informattivi li ser jkunu jistghu jinkisbu mill-Ufficcji Distrettwali u mill-Kunsilli Lokali, filwaqt li informazzjoni fuq il-beneficcji kif ukoll l-applikazzjonijiet ghal uhud mill-beneficcji jistghu jinkisbu minn fuq il-website tal-Ministeru ghall-Politika Socjali fuq http://www.msp.magnet.mt
Waqt il-prezentazzjoni tac-Charters, l-Agent Prim Minsitru u Ministru ghall-Politika Socjali Lawrence Gonzi, qal li d-Dipartiment tas-Sigurt'� Socjali bhalissa ghaddej minn process shih ta' modernizzar l-aktar f'dak li ghandu x'jaqsam mal-kompjuterizzazzjoni tal-beneficcji. Huwa qal li matul is-sena d-diehla d-Dipartiment ser jinvesti b'aktar minn Lm200,000 sabiex ikun jista' jassigura li l-beneficcji jinghataw aktar malajr filwaqt li jkun aktar facli ghall-klijent li japplika ghall-beneficcju. L-Agent Prim Ministru qal ukoll li qed isir hafna xoghol sabiex jinqatghu l-abbuzi u d-dikjarazzjonijiet foloz minn beneficcjarji. Fil-fatt huwa habbar li fi ftit tal-granet ohra ser tigi mhabbra strategija ta' zero toleranceghall-abbuzi fil-beneficcji socjali li ser tkun tinkludi metodi godda ta' kif jigi assigurat li beneficcju jinghata tajjeb mill-ewwel darba u tigi minimizzata l-possibilita' li jsir abbuz.
Id-Direttur tas-Sigurt'� Socjali, is-Sur Edward Gatt, stqarr li d-Dipartiment ma kienx minn ta' quddiem fl-ghoti ta' dawn ic-Charters ghar-raguni li s-servizzi tad-Dipartiment huma mferrxa u jinghataw b'volum kbir. Huwa fakkar li d-Dipartiment johrog b'aktar minn miljun u nofs cekk fis-sena, u ghalhekk ried jassigura li hafna mix-xoghol tat-talbiet ikun jista' jigi kkompjuterizzat qabel ma jintrabat li l-beneficcji jinghataw fi zmien stipulat. Effettivament ghalkemm ic-Charter li qed jigi mniedi llum ma' jkoprix il-beneficcji kollha, qed isir hafna xoghol fuq il-beneficcji l-ohra li ghalissa m'humiex koperti bic-Charter specjalment fil-qasam tal-pensjonijiet. Barra mill-aspett ta' sistemi kompjuterizzati d-Dipartiment haseb ukoll sabiex itejjeb il-livell tar-rizorsi umani tieghu. Ghaldqstant dalwaqt jibda l-process tar-reklutagg tad-District Managers ghall-Ufficini Distrettwali li ser jinghatalhom tahrig specjalizzat sabiex aktar 'il quddiem ikun jista' jigi estiz mhux biss il-livell imma l-firxa ta' servizzi li jinghataw minn dawn l-ufficini.
It-tnedija tal-Quality Service Charters fid-Dipartiment tas-Sigurt'� Socjali hija inizjattiva ohra fil-katina ta' inizjattivi li qed jittiehdu bhala parti mir-riforma fis-Servizz Pubbliku.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN