PUNTI MID-DISKORS TAS-SEGRETARJU PARLAMENTARI EDWIN VASSALLO FL-OKKAŻJONI TAL-KONFERENZA STAMPA GĦAT-TNEDIJA UFFIĊJALI TAL-"PHOTOFEST 2000"
Il-Gvern huwa impenjat li jara li min qiegħed fin-negozju jikkompeti billi jkun innovattiv u profesjonali fis-servizz jew l-għoti ta' prodott li joffri fis-suq. L-innovazzjoni hija garanzija ta' suċċess għal kull min qiegħed fin-negozju. Dan il-messa'' jgħodd ukoll għas-servizz tal-fotografija.
Irridu naħdmu biex naraw kif naslu li nħarsu lejn metodi oħra ta' kif wieħed jgħin, biex is-settur tan-negozju jippro'etta l-professjonalit'� tiegħu u għalhekk isaħħaħ sehmu fis-suq. Permezz tas-Small Business Unit qiegħdha ssir ħidma biex tgħin li jitkattar sehem aktar parteċipattiv ta' imprendituri fl-organizzazzjonijiet tan-negozju li jkunu jirrapreżentawhom. Nikwota mill-programm ta' ħidma Kompettizjoni b'Innovazzjoni:
"Min qiegħed fin-negozju jkun tajjeb li jifhem li l-parteċipazzjoni tiegħu fl-għaqdiet li jirraprezentawh hija utli kemm-il darba rridu li f'pajjizna jkollna settur kummerċjali organizzat mhux biss individwalment iżda wkoll kollettivament…….għalhekk ser naħdmu biex l-għaqdiet tan-negozju jkollhom għarfien akbar mill-istess negozjanti"
'�al din ir-ra'uni, għażilna li nidħlu sħab ma' u ngħinu lil Malta Institute of Professional Photographybil-ħsieb li permezz ta' din l-esebizzjoni norganizzaw attivita' maħsuba prinċipalment biex:
I''ib flimkien li dawk kollha li għandhom negozju f'dan is-settur tal-fotografija.
Dawk li jilqgħu l-istedina u jipparteċipaw f'din l-attivit'� jsiru aktar konxji dwar il-ħtie'a ta' prodott u servizz ta' kwalit'� u professjonalit'�.
Dawk kollha involuti f'dan il-qasam għandhom ikunu organizzati tajjeb flimkien f'għaqda li tgħinhom jifhmu aktar ir-responsabbilt'� tagħhom bħala professjonisti lejn il-klijenti tagħhom .
Tkun organizzata aħjar sistema ta' qsim ta' informazzjoni rigward obbligi u drittijiet li joħor'u minn li'ijiet li jirregolaw lil min qiegħed fin-negozju u fl-għoti ta' servizzi. Hawn nirreferi għal li'ijiet bħal ma huma tal-licensing, trade marks, patents, intellectual property ustandards.
Intejbu l-livell ta' professjonalit'� bil-ħsieb ukoll li ntejbu l-għarfien ta' min qiegħed f'dan in-negozju bit-tama li dan is-settur joffri ukoll oportunitajiet għall-impjiegi 'odda.
Ji'u rrapurtati ineffiċjenzi u burokrazija żejda fl-għoti ta' servizzi lis-settur konċernat.
Dawn l-objettivi huma parti mill-ħidma ta' l-Small Business Unit li ser tkun qiegħda taħdem flimkien u tikkordina ma' għaqdiet tan-negozju li jitrattaw is-settur tas-servizzi.
Dan kollu qiegħed isir bil-ħsieb li f'pajjiżna naħdmu flimkien biex ngħelbu d-diffikultajiet li tista' toħloq il-kompetizjoni għal min qiegħed fin-negozju.
Nawgura li dawk kollha li ser ikunu qiegħdin jieħdu sehem f'din l-attivit'� li jiksbu s-suċċess li qiegħdin jaħdmu għalieh.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN