Left arrow Mur Lura

ŻGĦAŻAGĦ MILL-AWSTRIJA FUQ ŻJARA TA' SKAMBJU F'GĦAWDEX TAĦT IL-PROGRAMM COMENIUS TA' L-UNJONI EWROPEA

PR1548
Date Icon 13/11/2000

Matul dawn l-aħħar jiem, grupp ta' 17-il student mill-Awstrija akkumpanjati minn żew' għalliema żaru Għawdex għal skambju skolastiku bħala parti minn pro'ett tal-lingwa taħt il-programm ta' l-Unjoni Ewropea, COMENIUS. Grupp ieħor miċ-Ċentru għal Studji Avanzati "Sir Mikelan' Refalo" (Victoria, Għawdex) huwa mistenni jirrikambja ż-żjara f'Marzu tas-sena d-dieħla.

L-Edukazzjoni hija fil-fatt waħda mill-prijoritajiet ta' l-Unjoni Ewropea għaliex temmen bis-sħiħ li l-bniedem ikun wieħed komplet jekk ikun i'orr miegħu bagaljata' informazzjoni u taħri' fuq firxa wiesa'. Għalhekk l-Unjoni Ewropea tikkontribwixxi bis-sħiħ għall-iżvilupp ta' l-edukazzjoni u taħri' vokazzjonali ta' kwalita` billi tinkora''ixxi koperazzjoni bejn l-Istati Membri u billi fejn ikun hemm bżonn, tgħin u tissupplimenta l-azzjonijiet li huma jieħdu.

Għan ewlieni tal-programm COMENIUS, li minnu jagħmel parti dan l-iskambju, huwa li jippromwovi t-tagħlim tal-lingwa filwaqt li jsaħħaħ il-kwalita` u jkabbar id-dimensjoni Ewropea ta' l-edukazzjoni, b'mod partikolari l-programm COMENIUS jinkora'ixxi l-koperazzjoni bejn l-iskejjel fuq livell Ewropew. B'dan il-mod COMENIUS jikkontribwixxi bis-sħiħ għat-tisħiħ fl-iżvilupp professjonali ta' l-istaff involut fis-settur ta' l-edukazzjoni, filwaqt li jippromwovi l-promozzjoni tat-tagħlim fil-lingwi u awareness interkulturali.

Il-ħidma ta' l-Unjoni Ewropea hija mmirata biex, fost l-oħrajn, tiżviluppa d-dimensjoni Ewropea fl-edukazzjoni, partikolarment permezz tat-tagħlim u t-tixrid ta' l-ilsna ta' l-Istati Membri. Eżempju ċar ta' dan huwa l-pro'ett li qed iseħħ f'dawn il-jiem bejn studenti mill-iskola post-sekondarja "Sir Mikelan' Refalo" u skola oħra minn Vienna, il-"Haydn Real-Gymnasium Wien V".

L-iskop ta'dan il-pro'ett partikolari bl-isem "'�rejjef u Le''endi: antiki u moderni" huwa li ż-żgħażagħ minn Vjenna u Għawdex jqabblu l-le''endi u ħrejjef Maltin u Awstrijaċi, filwaqt li jaraw x'inhuma l-affarijiet komuni u differenti bejniethom. Wara, l-istudenti min-naħa tagħhom jivvintaw stejjer 'odda. B'dan il-mod, l-istudenti jifhmu l-kulturi taż-żew' pajjiżi u fl-istess ħin ikunu qed jitħarr'u fit-tagħlim tal-lingwi. Hemm il-ħsieb li 'l quddiem ji'i ppublikat ktieb bi tlett lingwi, Ġermaniż, Malti u Awstrijakk, bix-xogħlijiet ta' l-istudenti.

Il-grupp ta' studenti mill-Awstrija, flimkien ma' l-għalliema tagħhom, nhar il-'�amis, 9 ta' Novembru, għamlu żjara qasira lill-Onor. Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex, akkumpanjati mis-Sur Saviour Grech, membru tal-kumitat koordinattiv tas-Socrates, imwaqqaf fi ħdan il-EUPU, u s-Sur Michael A. Cassar, Kap taċ-Ċentru għal Studji Avanzati Sir Mikelan' Refalo.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow