Left arrow Mur Lura

HARGA FIL-KAMPANJA GHAR-RESIDENTI TA' SAN VINCENZ DE PAUL

PR1545
Date Icon 10/11/2000

Ghalina l-Maltin, il-festa ta' San Martin hija wahda mill-festi tradizzjonali folkloristici. Dan iz-zmien tal-Harifa huwa maghruf bhala "Is-Sajf ta' San Martin" - minhabba li normalment f'dan iz-zmien tas-sena jkollna temp relattivament sabih.

Bhal kull sena, madwar 300 residenti minn San Vincenz de Paul, illum ittiehdu gurnata fil-kampajna madwar il-Gonna tal-Buskett. Fosthom kien hemm madwar 100 residenti wheel-chair cases. Wara ic-celebrazzjoni tal-Quddiesa taht it-tinda, l-anzjani komplew bl-ikla tradizzjonali.

F'diskors qasir lill-anzjani prezenti, Dr Antoine Mifsud Bopnnici, Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ghall-Politika Socjali, wera s-sodisfazzjon tieghu meta jara lil daqstant anzjani ghadhom jiehdu sehem fl-attivitajiet organizzati lilhom. Hawnhekk, Dr Mifsud Bonnici irringrazzja lill-istaff ta' SVPR ghal hidma u d-dedikazzjoni taghhom ghax-xoghol kollu li jaghmlu biex jistghu jigu organizzati attivitajiet bhal tal-lum:- fosthom lil min ipprepara l-ikel ghal daqstant anzjani, kif ukoll dawk li hadu hsieb it-trasport.

Dr. Mifsud Bonnici habbar li fil-gimghat li gejjin ser jibda jiffunzjona il-Community Radio gewwa SVPR. Dan qed isir possibbli bil-hidma kontinwa tal-kumitat Friends ofSt Vincent de Paul, fejn twaqqaf bord tat-tmexxija. Dan il-Community Radio ser ikun accessibli ghas-swali kollha u l-ghan principali tieghu huwa li jkun mezz ta' informazzjoni lir-residenti f'dak kollu li jkun qed jigri gewwa SVPR.

Dr Mifsud Bonnici filwaqt li heggeg lill-anzjani sabiex ikomplu dejjem jattendu ghal attivitajiet li jigu organizzati ghalihom b'tant sagrificcji, irringrazzja lil kull min ta s-sehem tieghu biex saret din l-attivita' tal-lum, attivita' ohra fost il-hafna li jigu organizzati matul is-sena kollha ghax b'hekk l-anzjani residenti f'San Vincenz de Paul ma jhossuhomx minsija jew imwarba mis-socjet'�.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow