Left arrow Go Back

DISKORS MILL-MINISTRU GĦAS-SERVIZZI EKONOMIĊI JOSEF BONNICI FL-INAWGURAZZJONI TA' L-UFFIĊINI TAL-KUMPANNIJA MOBISLE COMMUNICATIONS LTD, FIL-MARSA, L-ERBGĦA, 8 TA' NOVEMBRU 2000.

PR1529
Date Icon 08/11/2000

Il-proċess tal-liberalizzazzjoni fis-suq tat-telekomunikazzjoni li beda l-Gvern preżenti hu proċess importanti ferm għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali ta' pajjiżna.

M'hemm l-ebda dubju li l-kompetizzjoni ma sservix biss biex tagħti l-għażla lill-konsumatur – għażla li żgur se ssarraf f'diversit'� akbar ta' servizzi, kwalit'� aqwa, u prezzijiet li jintlaħqu mill-but ta' aktar nies – iżda ċert li biż-żerriegħa tal-kompetizzjoni se niżguraw li l-operaturi preżenti, kif ukoll dawk li għad jidħlu fis-suq, jibqgħu jinvestu fit-teknolo'ija l-aktar avanzata biex iżommu lil Malta fuq quddiem f'dan il-qasam tant importanti.

Niftakar, daqs sentejn ilu, meta l-Maltacom bdiet tevalwa l-possibbilt'� li tidħol fil-qasam tat-telefonija ċellulari u twaqqaf kumpannija tal-mobile għal-rasha. Jien kont inkura''ejt lill-Maltacom timxi f'din it-triq, għax ma kellix dubju li f'Malta hawn post għal ta' l-anqas żew' operaturi tat-telefonija ċellulari, u għax nemmen bis-sħiħ li dan is-suq għad fadallu ħafna skop biex jikber f'dan il-pajjiż.

F'Malta, illum hawn mhux anqas minn 45,000 persuna li għandhom di''� dan is-servizz, ħafna minnhom żgħażagħ u anki tfal, għax jipprovdi wkoll mezz ta' sigurt'�. Dan għaliex taf li tkun fejn tkun tista' tikkomunika ma ħaddieħor u ħaddieħor jista' jikkomunika miegħek. Nemmen li dan is-servizz se jkompli jikber għax bil-mod il-mod qed isir għodda li wieħed ma jistax jgħaddi mingħajrha, bħalma wieħed illum kważi ma jistax jgħaddi mingħajr servizz tat-telefon fid-dar. Fid-dinja llum hawn mal-500 miljun persuna li di''� qed jużaw it-telefon ċellulari u n-numru qed jiżdied b'rata mgħa'la kuljum. Din iż-żieda qed tkun riflessa wkoll f'Malta aktar u aktar issa li se tiżdied il-kompetizzjoni.

Inkun qed nonqos jekk f'din l-okkażjoni ma nsemmix li dan l-iżvilupp qawwi ma kienx ikun possibbli kieku dan il-Gvern ma investiex, fis-snin disgħin, il-miljuni kbar f'teknolo'ija mill-aktar moderna fil-qasam tal-komunikazzjoni. Dan l-iżvilupp kien meħtie' li jsir mhux biss biex intejbu l-kwalit'� tal-ħajja tagħna iżda wkoll, aktar minn hekk, kien meħtie' li jsir biex stajna nmexxu 'l quddiem l-ekonomija ta' pajjiżna.

Għandi s-sodisfazzjon nistqarr li minn dak iż-żmien 'l hawn Malta baqgħet iżżomm il-pass ma' pajjiżi oħra fis-setturi kollha ta' l-informatika. Dan jgħodd ukoll fir-rigward ta' l-użu tat-telefonija ċellulari fejn Malta tinsab minn ta' quddiem fost il-pajjiżi fejn isir l-aktar użu minn dan il-mezz ta' komunikazzjoni. Il-kompetizzjoni għandha twassal ukoll biex ikunu provduti servizzi oħra li qed jinħolqu permezz ta' l-iżviluppi kontinwi li qed iseħħu b'ħeffa kbira f'dan il-qasam. Fost dawn wieħed jista jsemmi l-aċċess, permezz tat-telefon ċellulari jew ta' personal communicator, għal informazzjoni fuq l-internet fi kwalunkwe post u fi kwalunkwe ħin.

Nemmen li bil-liberalizzazzjoni aktar nies f'pajjiżna se jkollhom aċċess għal dawn is-servizzi, li bla dubju jibdlu b'mod profond il-mod kif wieħed jista' jlaħħaq mal-ħajja mgħa'la u impenjattiva ta' llum.

Dan il-bini, it-teknolo'ija li hemm fih, u n-nies li jaħdmu hawn, juru biċ-ċar l-impenn tal-Maltacom li tinvesti fil-futur. Investiment li qed isir flimkien man-Nortel Networks, u li ma jaħsibx biss fit-tenkolo'iji tal-lum iżda wkoll dawk tal-futur.

It-twelid, daqs sena u nofs ilu, tal-kumpannija MobIsle Communications Ltd. – popolarment imsejħa go mobile – kien okkażjoni importanti fil-kalendarju Malti.

Illum, bil-ftuħ uffiċjali ta' dan il-bini, qed niċċelebraw il-frott tal-ħidma u l-investiment li sar f'dawn l-aħħar xhur.

Go mobile waslet biex toffri s-servizzi tagħha fil-'imgħat li 'ejjien. Nawgura lill-ħaddiema kollha tal-kumpannija u lill-Bord tad-Diretturi r-risq fix-xogħol tagħhom. Persważ li b'dak li għamilna lkoll flimkien se jkun il-konsumatur – aħna u intom – li se jgawdi l-aktar; b'servizzi 'odda u aktar effiċjenti u b'rati kompetittivi. Wara kollox, dak hu li tfisser il-kompetizzjoni.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow