Left arrow Go Back

TEST TA' ITTRA MIBGHUTA MID-DIRETTUR GENERALI TSD-DSHHS LIS-SEGRETARJA TAQSIMA SERVIZZI PUBBLICI TAL-GENERAL WORKERS' UNION

PR1528
Date Icon 08/11/2000

8ta' Novembru 2000

Ms. J. Attard Sultana
Segretarja
Taqsima Servizzi Publici
G.W.U.

Suggett: It-Twaqqif Ta' Unit Gdid Ta' Ispettorat Tad-Dixxiplina

Nirreferi ghall-ittra tieghek datata 26 ta' Ottubru dwar is-suggett hawn fuq imsemmi.

Il-htiega ghat-twaqqif ta' team li jaghmel spezzjonijiet biex tigi nfurzata d-dixxiplina kienet ibbazata fuq il-fatt li nhass li persuni fil-gradi tal-Middle Management ma kienux qed jezercitaw bizzejjed dixxiplina fuq in-nies ta' tahthom. It-twaqqif ta' dan it-team kien ispirat minn cirkolari mahruga mill-ufficcju tal-Prim Ministru fit-22 ta' Jannar 1998 (OPM3/98), fejn il-kapijiet tad-Dipartimenti tal-Gvern kienu mgharrfa li kienet imwaqqfa Public Service Inspectorate Unit bil-ghan li:

taghmel spezzjonijiet fis-settur publiku kollu biex tivverifika l-attendenza, assenza minhabba mard, l-uzu ta' overtime, l-uzu t'apparat u materjal tal-Gvern u attivitajiet ohra;

tara li l-fondi publici qed jintefqu sew f'dak li ghandu x'jaqsam ma' produttivita', kwalita' ta' servizz moghti, cost-effectiveness u attivitajiet ohra relatati.

Dak iz-zmien ma' kien hemm l-ebda Union li opponiet ghat-twaqqif ta' dan l-Ispettorat jew ghall-kompozizzjoni tieghu u wisq anqas ma' kien hemm Union li tat direttivi lill-membri taghha kontra l-hidma ta' dan l-Ispettorat. Ghalhekk ma' nistax nifhem ghaliex issa qed issir din l-oppozizzjoni ghall-inizjattiva mehuda mid-Divizjoni tas-Sahha. Hija hasra li l-Union tieghek ghogobha tiehu l-pozizzjoni li ma tikkoperax ma' dan it-team li qieghed hemm biex jghin lil dawk li qeghdin fil-Middle Management iwettqu d-dover taghhom f'dak li ghandu x'jaqsam ma' dixxiplina. Huwa l-obbligu ta' l-istaff kollu fil-Management li jikkopera u jwettaq dawk id-decizjonijiet manigerjali li jittiehdu mis-Senior Management. Hija ghalhekk xi haga assurda li l-Union taghti struzzjonijiet lill-membri taghha biex jagixxu kontra dak li specifikament jaqa' that ir-responsabbilta' taghhom li jaghmlu.

Il-htiega li kien hemm ghat-twaqqif ta' Unit bhal dan, hija ppruvata mir-rizultati miksuba fiz-zmien li dan il-Unit ilu mwaqqaf. Fil-fatt dan il-Unit diga' qed jaghti l-frott tieghu fejn wara li saru spezzjonijiet, irrizulta li numru konsiderevoli ta' mpjegati nstabu li jew irrapurtaw tard ghax-xoghol jew hallew il-post tax-xoghol taghhom minghajr l-awtorita' tas-superjuri taghhom. Sahansitra nstabu mpjegati reqdin waqt il-hin tax-xoghol.

Filwaqt li l-ghan ewlieni ghat-twaqqif ta' dan il-Unit kien li jkun hemm kooperazzjoni shiha bejn il-Unit centrali u l-Middle Management fil-periferija, bil-pozizzjoni li hadet il-Union tieghek, dan mhux se jkun possibbli. Nixtieq ninfurmak li jekk waqt l-ispezzjonijiet dan it-team jigi mxekkel milli jwettaq id-doveri tieghu minn xi membri tal-Union tieghek, dan l-agir jigi meqjus bhala ndhil fl-amministrazzjoni tad-dixxiplina. Nixtieq ukoll li tinforma l-membri tieghek li jekk waqt spezzjonijiet li jsiru mit-team ta' dixxiplina, jinstabu xi kazijiet t'abbuzi fl-oqsma li jaqghu taht il-gurisdizzjoni rispettiva taghhom, sejrin jittiehdu passi dixxiplinari kontra l-manager ta' dik il-unit li fiha jinstab nuqqas.

Ghaldaqstant nitlob lill-Union tieghek biex flok ghal darb'ohra taddotta agir li jopponi kull inizjattiva mehuda mid-Divizjoni biex tikkontrolla l-abbuzi, thalli lill-management fil-livelli kollha tieghu, bi spirtu ta' kooperazzjoni bejn il-livelli kollha, jwettaq dak kollu li hemm bzonn biex jitjieb is-servizz li jinghata. Id-Divizjoni tas-Sahha ser issostni l-inizjattiva taghha biex tizgura li flus il-poplu jigu wzati bl-ahjar mod possibbli u nappella lill-Union tieghek biex flok tostakola, bil-fatti tikkopera mad-Divizjoni biex dan il-ghan jintlahaq.

Dr Ray Busuttil

Director General (Health)

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow