Left arrow Go Back

JUM IT-TIFKIRA - IL-ĦADD, 12 TA' NOVEMBRU, 2000

PR1519
Date Icon 07/11/2000

Jum it-Tifkira, li huwa ċċelebrat fil-pajjizi kollha tal-Commonwealth, b''ieħ il-vittmi kollha taz-zew' Gwerer Dinjija, se jkun imfakkar f'Malta nhar il-'�add, 12 ta' Novembru, 2000.

F'din l-okkazjoni, il-Kapitlu Metropolitan se jikkonċelebra Quddiesa Konċelebrata fil-Kon-Katidral ta' San Ġwann, Valletta fid- 9.15 ta' filgħodu.

Qabel il-Quddiesa, il-President ta' Malta jispezzjona Gwardja ta' l-Unur mill-Forzi Armati ta' Malta, fi Pjazza San Ġwann. Tieħu sehem ukoll il-Banda tal-Forzi Armati.

Fil- 10.40 ssir Ċerimonja ta' Tifkira fuq il-Monument tal-Gwerra l-Floriana. Matul din iċ-Ċerimonja jitqiegħdu kuruni mill-ogħla awtoritajiet nazzjonali u persuni distinti flimkien ma' għaqdiet oħra li ser jattendu wkoll għall-Quddiesa.

Il-Forzi Armati ta' Malta u Kontin'ent mill-Korp tal-Pulizija se jifformaw flimkien Gwardja ta' l-Unur għal matul iċ-Ċerimonja tat-Tqegħid ta' Kuruni. Jieħdu sehem ukoll kontin'ent ta' ex-Servicemenmir-Royal British Legion.

Korpi Kostitwiti u Għaqdiet oħra li jixtiequ jipparteċipaw fiċ-Ċerimonja fuq il-Monument tal-Gwerra billi jqiegħdu kuruni għandhom jgħarrfu lill-Kumitat Festi Nazzjonali, Kamra 109, Ministeru ta' l-Edukazzjoni, Floriana sa nofsinhar ta' nhar il-'�amis 9 ta' Novembru, 2000. Telefon/ Fax 247241. '�add ma jitħalla jqiegħed kuruna jekk ma jgħarrafx lill-Kumitat Festi Nazzjonali sad-data indikata.

L-appell tradizzjonali ta' Jum it-Tifkira mill-Poppy Day Appeal Fund, bħala għajnuna lil dawk il-Maltin li kienu fis-Servizzi u lid-dipendenti tagħhom isir matul il-'ranetbejn 10 u 12 ta' Novembru, 2000.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow