Left arrow Go Back

HATT TAL-HAJT TA' BORMLA: PUNTI MINN DISKORSI TA' L-ONOR FRANCIS ZAMMIT DIMECH, MINISTRU GHALL-AMBJENT, U L-ONOR JOSEF BONNICI, MINISTRU GHAS-SERVIZZI EKONOMICI, FL-OKKAZJONI TAL-HATT TAL-HAJT TAL-BACIR NUMRU 1 F'BORMLA

PR1518
Date Icon 07/11/2000

Il-Ministru Francis Zammit Dimech qal li kien ta' pjaċir għalih li jkun preżenti għat-twaqqigħ tal-ħajt tal-Baċir 1. Twaqqigħ li wiegħed il-Gvern preżenti u li llum, bil-kooperazzjoni ta' kulħadd, qed iwettaq.

It-twaqqigħ ta' dan il-ħajt hu parti mill-pro'ett ta' tisbiħ tal-Kottonera u tal-pro'ett biex ikunu riabilitati dawn l-inħawi ta' Bormla li huma l-pulmun tal-lokal.

Il-Ministru Zammit Dimech qal li l-Gvern qiegħed bħalissa jwettaq diversi pro'etti f'Bormla. Il-Pro'ett tal-Kottonera fi ħdan il-Ministeru għall-Ambjent lesta l-ewwel fażi tal-pro'ett ta' Pjazza Santa Margerita, xogħol li jinkludi l-pavimentar b'materjal tal-qawwi u lava quddiem id-dar il-'dida għall-anzjani u landscaping u titjib tat-toroq fil-qrib. Kompla bir-restawr tas-swar ta' Santa Margerita u Santa Liena. Beda r-restawr tal-Bieb ta' Santa Liena u r-restawr tal-ħitan taz-zuntier tal-Knisja Parrokkjali. Sar xogħol ta' pavimentar tal-bankini fi Triq Alessandru.

Il-Ministru għall-Ambjent fakkar li l-Unit għar-Restawr fi ħdan il-Ministeru għall-Ambjent wettqet ħidma ta' pavimentar b'ċangaturi u kurduni tal-qawwi ta' Triq San Ġużepp u ħejjiet it-tender għall-pro'ett ta' konservazzjoni tal-Knisja ta' San Pawl.

Din il-ħidma min-naħa tal-Ministeru għall-Ambjent turi b'liema interess il-Gvern preżenti jħares lejn il-Kottonera li fiha hemm mhux biss t-tliet ibliet, iżda parti importanti ħafna mill-istorja ta' pajjiżna.

Il-Ministru Zammit Dimech qal li l-Gvern jrid jagħti lil dawn l-inħawi l-importanza li jixirqilhom. Irid li l-Kottonera wkoll tieħu sehma mill-iżvilupp li qed isir. Għalhekk l-ewwel pro'ett li fuqu ħadem il-Ministeru tiegħi, u li kien approvat mill-istadji kollha, kien dak tal-Kottonera. Għalhekk ingħata bidu għal dan il-pro'ett, li se joħloq diversi impjiegi. U għalhekk ukoll qed jitwettqu diversi pro'etti oħra biex wiċċ dawn l-inħawi jinbidel ħalli min igħix fihom igawdi ukoll mill-'id li jinħoloq fil-pajjiż.

Min-naħa tiegħu, il-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi Josef Bonnici wera s-sodisfazzjon tiegħu li dan il-ħajt, li kien ilu snin twal ikerraħ l-inħawi, fl-aħħar twaqqa'. Qal li l-pass li jmiss biex dawn l-inħawi jissebbħu aktar hu li jitwettaq il-pro'ett ta' l-iżvilupp tal-Baċir Numru 1 f'ċentru ta' rikreazzjoni u attivit'� kummerċjali.

Hu fakkar li dan l-aħħar it-Tarzna ta' Malta kienet ippreżentata b'rapport imħejji mill-kumpannija Miller Hughes Associates Ltd, dwar kif jistgħu jkunu żviluppati dan il-baċir u l-inħawi tiegħu. F'dan ir-rapport hemm issu'eriti sitt għażliet differenti ta' kif jista' jsir l-iżvilupp u dawn se jkunu diskussi kemm mal-Kunsill Lokali ta' Bormla u ma' kull min hu interessat, tant li anki se ssir wirja pubblika.

Il-Ministru Bonnici qal li l-ħsieb hu li dan l-iżvilupp isir bis-sehem ukoll tal-privat. Hu irringrazzja lill-ħaddiema li ħadmu r-railing tal-ħadid li issa ħa post il-ħajt li twaqqa' u awgura li l-Bormliżi jibdew igawdu dehra isbaħ li nħolqot bit-twaqqigħ tal-ħajt.

Iċ-ċint baxx bil-ħadid fuqu li qed jinbena hu twil 350 metru u mistenni jitlesta minn kollox fil-jiem li 'ejjin. B'kollox fih 41 pilastru bil-ħadid bejniethom. Ix-xogħol fuq il-bini taċ-ċint sar minn ħaddiema mid-Dipartiment tad-distretti fi ħdan il-Ministeru għall-Ambjent. Bħalissa hemm 26 impjegat jaħdu fuq il-pro'ett. Ix-xogħol tal-ħadid qed jinħadem fit-tarzna minn ħaddiema tal-Malta Drydocks li qed iqiegħdu wkoll il-ħadid.

Darba jitlesta x-xogħol tal-'ebel u l-ħadid se jsir xogħol fuq il-bankina u xogħol ta' landscaping. Il-pro'ett kollu, li se jinkludi il-bankina u ħwat għas-si'ar u l-fjuri, hu stmat li jiswa madwar Lm100,000. 

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow