Left arrow Mur Lura

ŻEWĠ QUALITY SERVICE CHARTERS ĠODDA GĦAL GĦAWDEX

PR1517
Date Icon 07/11/2000

L-Onor. Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex, dalgħodu 'iet ippreżentata bil-kopji taż-żew' Quality Service Charters li 'ew varati f'ċerimonja li saret fl-Uffiċċju tan-Nutar tal-Gvern ta' Għawdex. Dawn iċ-charters, dak ta' l-Uffiċċju tan-Nutar tal-Gvern u Arkivji Nutarili t'Għawdex, flimkien ma' dak ta' l-Uffiċċju tal-Passaporti t'Għawdex, huma l-aħħar tnejn li 'ew maħru'a, sabiex issa b'kollox hemm 25 dipartiment jew taqsima li ppublikaw il-Quality Service Charter tagħhom minn meta tnediet l-inizjattiva s-sena l-oħra. Sitta (6) minn dawn huma fil-fatt f'Għawdex.

Fid-diskors tagħha waqt iċ-ċerimonja, il-Ministru saħqet fuq l-importanza tal-klijent għas-Servizz Pubbliku u l-ħtie'a li s-servizzi li jingħataw minn dan is-settur, filwaqt li jkunu effettivi, eknomiċi u effiċjenti, ipo''u dejjem il-bżonnijiet tal-klijent fuq quddiem. Hija qalet li l-Quality Service Charters, bil-linji ta' gwida li dawn jipprovdu huma għodda importanti għad-dipartimenti biex jgħinuhom jilħqu l-aspettattivi li l-pubbliku għandu fil-'urnata ta' llum, aspettattivi ta' ħajja iktar komda, ibbażata dejjem aktar fuq l-informatika.

Għall-kumdit'� tal-klijent, fil-fatt, l-Uffiċċju tan-Nutar tal-Gvern għandu arran'amenti biex ji'bor kuntratti minn Malta għan-nom ta' dawk l-Għawdxin li jkollhom bżonn jagħmlu dan u b'hekk jevitalhom l-inkonvenjenza li joqogħdu jmorru Malta huma. Dan qalitu n-Nutar tal-Gvern għal Għawdex Dr Mary Debono Borg, li tenniet li barra milli joffri servizz mingħajr dewmien, dan l-Uffiċċju b'hekk iħoss li l-pubbliku qiegħed jinqeda dejjem aħjar. Titjib sostanzjali, dejjem għas-servizz tal-klijent, sar ukoll kemm f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-ambjent ta' l-uffiċċju kif ukoll dak ta' l-arkivjar.

L-istess sostniet il-kap ta' l-Uffiċċju tal-Passaporti f'Għawdex, is-Sinjorina Frances Pace, li qalet li llum il-'urnata tnaqqas ħafna il-'iri għall-klijent meta dan ikun jeħtie' passaport. Dan għaliex dan l-Uffiċċju llum għandu aċċess għall-Common Data Base u għalhekk wieħed ma jkunx hemm għalfejn joqgħod imur għal ċertifikati ta' twelid qabel ma wieħed japplika. Dan l-aħħar ukoll iddaħħal makkinarju fl-Uffiċċju li permezz tiegħu wieħed jista' jieħu r-ritratti tal-passaport hemmhekk stess u b'hekk ukoll jevita l-'iri żejjed.

Jidher għalhekk li dawn iż-żew' uffiċċji qegħdin jimxu fuq il-linja li qed jippromwovi l-Gvern, ji'ifieri dik ta' one-stop-shop, fis-servizzi li jipprovdi s-Servizz Pubbliku.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow