IL-VICI PRIM MINISTRU U MINISTRU GHALL-POLITIKA SOCJALI JINDIRIZZA KONFERENZA TA' L-AHBARIJIET FEJN HABBAR IC-CERIMONJA TA' L-GHOTI TAL-PREMJU HADDIEM TAS-SENA 2000
Il-haddiem Malti huwa kkunsidrat bhala haddiem biezel li jistinka sabiex jaghti sens lil xogholu u jghin sabiex jizviluppa l-ambjent tieghu tax-xoghol. Ix-xoghol ghandu ghalhekk jghin sabiex itejjeb il-kwalita' tal-hajja tal-haddiem u jghin sabiex jigu zviluppati hiliet godda. Dan qalu l-Vici Prim Ministru u Ministru ghall-Politika Socjali Lawrence Gonzi, waqt konferenza ta' l-ahbarijiet li matulha habbar ic-cerimonja ta' l-ghoti tal-Premju Haddiem tas-Sena 2000, fil-prezenza tas-Sinjura Lilian Miceli Farrugia, President tal-Kumitat ta' l-Ghazla u tas-Sur Charles Bonello, Chairperson tal-Kumitat Organizzattiv.
Il-Ministru Gonzi nnota li din is-sena din c-cerimonja ser tinghata sinifikat specjali peress li matul din is-sena l-Gvern impenja ruhu bis-shih u holoq diskussjoni nazzjonali fuq il-qasam tas-Sahha u s-Sigurta' fuq il-post tax-xoghol. Barra min hekk, il-Gvern bhalissa qieghed fil-fazi finali ta' holqien ta' qafas gdid sabiex issir riforma u titjieb sahhet il-haddiem fuq il-post tax-xoghol. Huwa ghalhekk, li c-cerimonja din is-sena ser tiffoka fuq l-izvilupp tal-qasam tas-sahha u s-sigurta' fuq il-post tax-xoghol kif wkoll fuq l-impatt li din tista' thalli fuq il-haddiem. Dan ser isir permezz ta' spettaklu ta' kant, danza, muzika u kummentarju li ser jiccelebraw mumenti specjali fl-izvilupp socjali tal-bniedem fil-qasam tas-sahha u s-sigurta' fuq il-post tax-xoghol.
Innovazzjoni kbira ghal din is-sena ser ikun il-post tac-Cerimonja li ser issir fuq il-vapur ta' Pinu li ser ikun marbut mad-‘Deep Water Wharf' fix-Xatt tal-Belt. "Anki dan huwa pass sinifikanti", tenna il-Ministru Gonzi, "fis-sens li permezz ta' din l-ghazla l-Gvern qed jirrikonoxxi il-xoghol tal-haddiem Malti, xoghol li huwa ta' kwalita' gholja kif inhu il-vapur ‘Ta' Pinu'."
Il-Ministru Gonzi fakkar li kien Gvern Nazzjonalista li nieda dan il-Premju Nazzjonali fl-1988, premju ntiz sabiex jirrikonoxxi dawk il-haddiema li jiddistingwu ruhhom fil-post tax-xoghol taghhom, mhux biss ghax jaghmlu xogholhom b'mod tajjeb, imma ghaliex jhaddnu u jhaddmu valuri sodi bhas-solidarjeta', filwaqt li jistinkaw sabiex jippromwovu l-ghaqda bejn il-haddiema u jistimolaw l-izvilupp ta' xogholhom permezz ta' idejat krejattivi. Il-Ministru Gonzi qal li biex kull persuna jizviluppa t-talenti u l-kapacitajiet tieghu jew taghha, ma tridx toqghod thares biss lejn drittijiet, imma wkoll lejn id-dmirijiet –
mhux bizzejjed li persuna jircievi l-paga fl-ahhar tax-xahar, imma persuna jrid jistinka sabiex il-post tax-xoghol isir post li jghin verament fl-izvilupp shih ta' dik il-persuna. Dan hu dak li jrid li jirrikonoxxi l-Gvern permezz ta' din ic-cerimonja - cerimonja f'gieh il-haddiem Malti li ghandu jigi rikonoxxut u ippremjat minn dawk kollha li ghandhom ghal qalbhom politika li thares l-interessi tal-haddiema.
Ic-cerimonja ta' l-ghoti tal-Premju ser issir nhar is-Sibt, 18 ta' Novembru, 2000, fis-7.15pm, fuq il-vapur Ta' Pinu taht il-patrocinju tal-Eccelenza Tieghu l-President tar-Repubblika. Kulhadd huwa mistieden biex jattendi, madankollu inviti ghal din ic-cerimonja jistghu jinkisbu personalment mill-Ministeru ghall-Politika Socjali gewwa l-Belt Valletta jew bl-e-mail fuq: info.msp@magnet.mt fejn ghandhom jinghataw id-dettalji kollha sabiex ikun jista' jintbaghat l-invit.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN