Left arrow Go Back

IL-MINISTRU GĦAS-SERVIZZI EKONOMIĊI JATTENDI PREŻENTAZZJONI TA' 1.5MBPS TA' INTERNET BANDWITH INTERNAZZJONALI MILL-MALTACOM/DATASTREAM LTD. LILL-UNIVERSITA` TA' MALTA

PR1500
Date Icon 03/11/2000

Hu kkalkulat li fil-preżent hawn aktar minn 26,000 persuna li huma abbonati f'servizz ta' l-internet, li jfisser aktar mid-doppju ta' dak li kien hemm tliet snin ilu. Barra minn hekk hu kalkulat li hawn aktar minn 70,000 persuna li għandhom kompjuter personali.

Dan qalu l-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi Josef Bonnici waqt preżentazzjoni li saret illum mill-kumpannija Maltacom flimkien mas-sussidjarja tagħha DataStream lill-Universit'� ta' Malta ta' 1.5Mbps ta' Internet Bandwith internazzjonali, li permezz tagħhom l-Universit'� se tkun tista' ssaħħaħ il-provvista u l-ħeffa tas-servizzi ta' l-internet li tipprovdi lill-istudenti u lill-istaff ta' l-istess universit'�.

Il-kumpannija DataStream twaqqfet ftit taż-żmien ilu bl-iskop li toffri servizzi ta' data communications, fosthom dak ta' Assymetric Digital Subscriber Line (ADSL) li permezz tiegħu l-abbonat ikun il-ħin kollu ikkonnettjat ma' l-internet filwaqt li l-aċċess għall-informazzjoni isir b'ħeffa kbira.

Filwaqt li semma l-iżviluppi kbar li għaddejja minnhom it-teknolo'ija ta' l-informatika anki f'pajjiżna, il-Ministru Bonnici fakkar li din ir-rivoluzzjoni teknolo'ika li qed kontinwament isseħħ f'pajjiżna hi riżultat ta' rivoluzzjoni oħra li seħħet lejn tmiem is-snin tmenin u fis-snin disgħin fil-qasam tat-telekomunikazzjoni f'pajjiżna, fejn saret bidla sħiħa fis-sistemi li kellna qabel u li nqalbu għal sistemi di'itali. Hu tenna li kieku ma seħħitx dik ir-rivoluzzjoni, l-ekonomija ta' pajjiżna kienet taqa' lura flok tipprogressa, filwaqt li ma konniex nilħqu l-livell ta' għajxien li għandna llum.

Il-Ministru Bonnici sostna li kienet biss dik ir-rivoluzzjoni li wasslet biex stajna nibdew nibbenefikaw minn dak li qed toffri t-teknolo'ija ta' l-informatika. Hu qal li l-internet hu xi ħa'a tal-meravilja, u jekk jintuża b'mod korrett joffri minjiera ta' informazzjoni. Hu żied li l-internet sar waħda mill-aqwa għodda għad-dispożizzjoni ta' min irid jagħmel riċerka, u b'mod partikolari għall-istudenti universitarji li anki l-arran'amenti dwar il-lectures tagħhom jew in-noti mill-għalliema tagħhom saru jaslulhom permezz ta' l-email, li wara kollox tagħmel parti mis-servizz ta' l-internet.

Il-Ministru Bonnici qal li anki l-Gvern għaraf mill-ewwel l-importanza ta' dan il-qasam fir-rigward tas-Settur Pubbliku, fejn tul dawn l-aħħar għaxar snin twettqet ukoll rivoluzzjoni oħra. Hu fakkar li sa nofs is-snin tmenin il-kompjuter kien għadu ma daħalx fis-settur governattiv. Illum hu kkalukulat li hemm aktar minn 4,500 kompjuter fis-Settur Pubbliku u madwar 4,000 kompjuters oħra fl-iskejjel statali.

Hu żied li dan il-Gvern baqa' miexi dejjem b'pass mgħa''el ma' l-iżviluppi li baqa' jkun hemm fit-teknolo'ija, tant li fl-1993 bdiet tinbena s-sistema tal-magnet biex permezz tagħha l-Gvern beda, fl-1995, jipprovdi lid-dipartimenti tiegħu servizz dirett ta' l-internet u e-mail. Hu qal li llum hemm mhux anqas minn 2,000 uffiċjal mal-Gvern li għandhom is-servizz ta' l-internet permezz tal-magnet, u mhux anqas minn 3,500 li għandhom is-servizz ta' e-mail, biex b'hekk anki l-istess uffiċjali fid-dipartimenti jistgħu jikkomunikaw korrispondenza b'mod dirett bejniethom, mingħajr ħafna 'iri u ħela ta' karti u riżorsi.

Dan is-servizz ta' l-internet u e-mail 'ie wkoll estiż għall-Kunsilli Lokali filwaqt li qed jitħejja pro'ett li permezz tiegħu fi żmien sentejn oħra l-iskejjel tal-Gvern ikunu jistgħu jibdew jagħmlu użu bla limitu ta' l-internet.

Hu semma kemm il-White Paper li għadu kif ippubblika l-Gvern dwar l-istrate'ija elettronika tas-servizzi tal-Gvern fejn hemm il-ħsieb li jkun introdott il-kunċett ta' e-government, kif ukoll il-le'islazzjoni li tressqet quddiem il-Parlament biex ikunu kontrollati l-abbużi fl-użu ta' din it-teknolo'ija.

Filwaqt li faħħar l-inizjattiva li ħadu Maltacom u d-DataStream għax permezz tagħha l-Universit'� se jkollha għad-dispożizzjoni ta' l-istudenti u ta' l-istaff sistema aktar effiċjenti ta' l-internet, il-Ministru Bonnici qal li m'għandu l-ebda dubju li pajjiżna se jibqa' jżomm il-pass ma' din it-teknolo'ija u ma' l-iżviluppi kollha li għad iridu jsiru.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow