Left arrow Go Back

DISKORS MILL-ONOR. EDWIN VASSALLO, SEGRETARJU PARLAMENTARI FIL-MINISTERU GĦAS-SERVIZZI EKONOMIĊI, FL-OKKAŻŻJONI TAL-MEDIA LAUNCH TAL-'WEDDINGS FAIR' FIL-FAIRS AND EXHIBITIONS LIMITED, NAXXAR.

PR1494
Date Icon 02/11/2000

Din il-fiera li qegħdin ninawguraw illum hija fiera ta' appuntament fil-ħajja u l-mod li bih wieħed jipprepara għalih jindika ħafna l-livell ta' ħajja li l-poplu jkun j'ħix.

Żgur li f'dan il-waqt mhux ser nitkellem dwar l-aspett soċjali ta' ċerimonja ta' tie'. L-anqas ma jiena ser nitratta l-kunċett tal-konsumiżmu jew l-effetti negattivi li jista' jkun hemm fuq min jixtri iżjed milli jiflaħ.

Pero' irrid nitkellem dwar l-ambjent li fih qed jaħdem is-settur kummerċjali u kif qie'ħed jinħoloq ix-xo'ħol li permezz tiegħu jinħoloq il-'id u jwassal biex ngħollu l-livell tal-ħajja bil-ħsieb li eventwalment intejjbu l-kwalita' ta' ħajja li jixtieq jgħix il-poplu Malti u Għawdxi.

Iċ-ċifri ta' l-istatistika huma ndikaturi ewlenin li jagħtu stampa ċara ta' kif dan il-poplu qiegħed jikkummerċja u joħloq il-'id. Konxju li kull statistika li toħro' minn żmien għal żmien tirrifletti sa ċertu punt dak li wieħed jgħaddi minnu ta' kuljum. Iżda konxju wkoll li jkun hawn min jipprova jimmanipula l-opinjoni pubblika biex il-poplu jkollu opinjoni differenti minn dik rejali.

Filwaqt li nagħraf l-effetti tal-kompetizzjoni li qiegħda ssir dejjem iżjed rejali, u d-diffikultajiet li jinħolqu fis-settur kummerċjali, llum kull negozju jrid jara li jikkompeti kemm-il darba jkun jista' jibqa' fin-negozju. Il-kompetizzjoni tfisser sagrifiċċju u sfidi, iżda l-kompetizzjoni mhix ser twassal għall-ebda riżultat pożittiv kemm-il darba mhux ser inħarsu lejn l-importanza ta' l-innovazzjoni.

F'din il-fiera, jiena konvint li għandna negozji li jikkompetu flimkien u li qegħdin jikkompetu billi jkunu nnovattivi fil-prodotti u s-servizzi li qegħdin joffru. Permezz tal-programm ta' ħidma tas-Segretarjat tiegħi, li proprju qiegħed jissejjaħ "Kompetittivita' b'Innovazzjoni" rrid inwassal messa'' ċar lis-settur tan-negozju. Dan huwa l-impenn li rridu naraw li bħala Gvern insostnu billi naraw li s-settur kummerċjali jkollu l-aħjar ambjent possibbli li fih qiegħed jaħdem.

L-impenn tal-Gvern li l-messa'' "Kompetittivita' b'Innovazzjoni" jasal u jinftiehem, tixhed għalih il-ħidma li qiegħda ssir biex naraw li jkollna struttura legali li fiha s-settur kummerċjali jkun jista' jaħdem biex ma jitlef xejn mill-kompetizzjoni, anzi ma jkollu xejn li jtellfu milli jkun kompetittiv u anke nnovattiv.

L-għażla ta' pajjiżna għas-sħubija fl-Unjoni Ewropeja qiegħda tgħin biex ikollna bidla wkoll ta' mentalita', li flimkien ma' tibdil fil-le'islazzjoni qegħdin iwasslu biex pajjiżna jkollu strutturi fejn is-self employed u n-negozji żgħar u l-kumplament tas-settur kummerċjali f'pajjiżna ma jkunx żvanta''jat ma' kompetituri tiegħu f'pajjiżi oħra. F'din il-'imgha fil-Parlament beda d-dibattitu dwar li'i li ser tirregola l-Kummerċ Elettroniku. Hawn ukoll irrid li nibgħat messa'' lil min qiegħed jesebixxi l-prodott u s-servizz tiegħu f'din il-fiera li jesplora u jara li jinvesti fi ftuħ ta' ħanut 'did fuq l-internet li jkun ħanut miftuħ il-'imgħa kollha għal erbgħa u għoxrin siegħa kuljum.

Pajjiżna llum għandu l-isfidi kummerċjali tiegħu. Għandu opportunitajiet quddiemu, għandu beżgħat li jrid jisfida. Konxju li llum min qiegħed fin-negożju ma għandux moħħu mistrieħ minn għada għaliex għas-suċċess t'għada wieħed irid jaħdem bla mistrieħ. Illum min qiegħed fin-negozju jrid jaħdem biex ma jitlifx postu u għalħekk mhux biss irid jara b'liema ħeffa qiegħed jaħdem hu fin-negozju tiegħu, iżda jrid jara li jħaffef u jgħa''el skond il-pass tal-kompetituri tiegħu.

Nitkellem dwar dan għaliex iva, bħala Gvern, aħna konxji tar-rejaltajiet tas-suq. Hawn irrid nirreferi għall-ħidma ta' l-S.B.U. li qiegħda taħdem biex is-settur kummerċjali, żgħir kemm huwa żgħir, iħossu komdu jirreferi għalih. Permezz tal-ħidma ta' dan id-Dipartiment qegħdin infittxu li niżviluppaw strate'ija li ti''ieled il-burokrazija u l-ineffiċjenza kemm fis-settur taċ-ċivil kif ukoll fis-settur kummerċjali. Irridu għalhekk issa li s-settur kummerċjali jirrapportalna u jiggwidana lejn minn fejn qiegħed jirċievi servizzi inefiċċjenti. Dan huwa l-impenn tal-Gvern lejn is-settur kummerċjali.

Jimpurtana li naraw lis-settur kummerċjali jaħdem bla tfixkil. Din hija l-mentalita' rebbieħa għal ekonomiji li jridu jirnexxu. Hija l-mentalita' li tirbaħ ukoll il-mod ta' kif nirra'unaw, jittieħdu d-deċiżjonijiet u naslu għas-soluzzoni. Hekk biss nistgħu naslu biex naraw żvilupp kummerċjali li joħloq l-impjiegi u jsostni żvilupp ekonomiku li kapaċi jwassal biex intejjbu l-livell tal-ħajja tagħna.

Pajjiżna għandu l-isfidi tiegħu iżda minkejja kull limitazzjoni u ċokon qiegħed joħloq opportunitajiet. Għandna s-settur kummerċjali li qiegħed verament jiffaċċja sfidi iżda mhux inċertezza politika. Infatti ħarsa lejn ir-rapport tal-Bank Ċentrali jixhed li minkejja li s-settur kummerċjali qiegħed jiffaċċja sfidi kummerċjali teżisti fiduċja fil-'ejjieni fost is-settur kummerċjali. Konxju li kif jirraporta l-Bank Ċentrali fil-Quarterly Review ta' Settembru, għandna setturi ta' kummerċ li qegħdin jiffaċċjaw diffikultajiet iżjed minn setturi oħrajn. Iżda dan huwa dovut għall-bidliet u l-kompetizzjoni li s-suq qed jiffaċċja.

Il-kritika ta' kif sejjer il-kummerċ f'pajjiżna, issa drajna li tvarja skond min qiegħed jagħmilha. Minkejja kull ma jista' jingħad, joħro' ċar li fl-ewwel tmien xhur ta' din is-sena it-total ta' l-importazzjoni żdied bi Lm245.9 miljuni jew 34.5%, u laħaq it-total ta' Lm958.7 miljun.

Jekk inħarsu lejn x'impurtajna fi prodotti għall-użu tal-konsumatur fl-ewwel tmien xħur ta' din is-sena, naraw li l-importazzjoni f'dan il-qasam żdiedet b'Lm12.9 miljun fuq l-istess perjodu s-sena ta' qabel.

L-esportazzjoni fl-ewwel tmien xhur ta' din is-sena wkoll żdiedet sostanzjalment u minn Lm511.9 miljuni laħqet iċ-ċifra ta' Lm673.4 miljuni, ji'ifieri żjieda ta Lm161.5 miljun.

Dan kollu juri li f'pajjiżna l-kummerċ kompla żdied u qie'ħed iwassal biex jiżdied in-numru ta' l-operaturi ta' min huwa fin-negozju. Nemmen li din l-istatistika twassal biex nifhmu iżjed li pajjiżna qiegħed jagħmel ħiltu biex jieħu sehem mill-kummerċ dinji. Persważ li qegħdin nagħmlu ħilitna biex inkunu aħjar. Iżda fil-kompetizzjoni li teżisti llum qatt m'aħna nagħmlu biżżejjed.

Irrid nagħlaq billi nawgura li din il-fiera f'dan ir-rigward tkompli tgħin biex is-settur kummerċjali li jaħdem f'dan il-qasam ikollu opportunita' oħra fejn jesebixxi prodotti u servizzi nnovattivi u jikkompeti biex in-negozju tiegħu jkun suċċess.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow