IL-MINISTRU GHAS-SERVIZZI EKONOMIĊI JILTAQA' MA' INDUSTRIJALISTI TALJANI LI ĠEW GĦAL ŻJARA F'MALTA
Minkejja ċ-ċokon tagħha u minkejja li ma tipprovdix suq kbir, Malta għandha ħafna x'toffri lill-industrijalisti Taljani għaliex toffrilhom il-possibbilt'� li jikkompetu aħjar fis-swieq internazzjonali, fosthom fit-Tramuntana ta' l-Afrika, fl-Istati Uniti u fl-Asja kif ukoll fl-istess Ewropa.
Dan qalu l-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi Josef Bonnici dalgħodu, f'laqgħa li kellu ma' industrijalisti minn Grosseto fl-Italja, li jinsabu Malta biex jaraw mill-qrib x'għandu x'joffri pajjiżna fil-qasam industrijali.
Filwaqt li semma li l-investituri Taljani normalment aktar jippreferu jinvestu f'pajjiżhom milli f'pajjiż barrani tant li minn madwar 650,000 kumpannija kien hemm biss madwar 800 li għamlu investiment barrani fl-1998, il-Ministru Bonnici qal li llum f'Malta hawn joperaw madwar 50 kumpannija b'interessi Taljani, u li bejniethom qed iħaddmu madwar 3,500 impjegat. Dawn il-kumpanniji, li jinkludu l-ST Microelectronics u numru ta' kumpanniji ta' daqs żgħir u medju, joperaw l-aktar fl-oqsma ta' l-elettronika, makkinarju, tagħmir elettriku, tagħmir tat-telekomunikazzjoni u prodotti farmaċewtiċi. Il-parti kbira ta' dawn il-kumpanniji ori'inaw mil-Lombardia u mill-Piemonte, għalkemm ukoll dan l-aħħar beda 'ej investiment minn Toscana u mill-Italja Ċentrali.
Hu żied li jidher li bħalissa hemm interess tajjeb mill-Italja, tant li fl-aħħar tnax-il xahar kienu approvati mhux anqas minn tmien pro'etti li 'ew mill-Italja, filwaqt li qed ikunu kunsidrati sitt pro'etti oħra li fuq perjodu ta' snin jistgħu jespandu sew l-operazzjoni tagħhom.
Il-Ministru Bonnici semma diversi ra'unijiet li jħajru lill-industrijalisti Taljani jinvestu fis-settur tal-manifattura f'Malta. Dawn jinkludu l-infrastruttura moderna li sar għandu pajjiżna, livell sostanzjalment aktar baxx ta' burokrazija milli jeżisti fl-Italja, il-kwalit'� għolja f'dawk li huma riżorsi umani u l-kapaċit'� li nipproduċu prodotti ta' kwalit'� għolja, l-ispejjeż baxxi ta' produzzjoni meta mqabblin ma' dawk fl-Italja, u l-fatt li jsibu l-infrastruttura lesta. Dan ta' l-aħħar hu ta' vanta'' kbir għaliex ħafna drabi industrijalisti li jiddeċiedu li jinvestu f'Malta jkunu jridu jibdew jipproduċu fl-aqsar żmien possibbli. Vanta'' ieħor hu dak tal-lingwa fejn hu faċli għalihom li jikkomunikaw mal-ħaddiema Maltin. Hu qal li mil-lat industrijali, Malta hi kunsidrata bħala l-21 re'jun ta' l-Italja.
Il-Ministru Bonnici rrifera wkoll għall-emendi li qed jitħejjew għal-Li'i dwar l-Iżvilupp Industrijali u qal li l-enfasi ta' dawn l-emendi hi li permezz ta' inċentivi 'odda jiżdiedu l-investimenti fil-qasam tal-manifattura. Dawn il-benefiċċji se jkunu marbuta kemm ma' l-investiment magħmul kif ukoll mas-settur li fih topera l-kumpannija, skond il-potenzjal li toffri għall-iżvilupp tal-pajjiż.
Hu rrifera wkoll għar-relazzjonijiet eċċellenti li jeżistu minn kull latt bejn Malta u l-Italja, kif ukoll għall-appo'' sħiħ li Malta ngħatat u għadha tingħata minn kwalunkwe amministrazzjoni Taljana fit-triq tagħha lejn sħubija fl-Unjoni Ewropea. Semma wkoll diversi ftehim li jeżistu bejn iż-żew' pajjiżi, fosthom il-ftehim għall-promozzjoni ta' kooperazzjoni industrijali u bdil kummerċjali.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN