L-MINISTRU TAS-SAĦĦA JINAWGURA KLINIKA TAL-PODOLOĠIJA FIĊ-ĊENTRU TAS-SAHHA TAR-RABAT
'�adu kif 'ie maħtur kumitat taħt il-presidenza tad-Direttur Ġenerali tas-Saħħa biex jevalwa tliet proposti mingħand il-privat dwar it-tmexxija taċ-Ċentri tas-Saħħa bil-ghan li dawn ikunu miftuha ghal erbgha u ghoxrin siegha kuljum. Dan huwa konformi ma' l-isforzi li d-Divizjoni qegħda tagħmel fejn qed ti'i mistħar'a kull soluzjoni possibbli sabiex iċ-Ċentri tas-Saħħa kollha jkunu jistgħu jipprovdu s-servizz tat-tabib tal-familja fuq bażi ta' erbgħa u għoxrin siegħa kuljum.
Dan ħabbru l-Ministru tas-Saħħa Louis Deguara dalgħodu waqt l-inawgurazzjoni ta' Klinika tal-Podolo'ija (kura tas-saqajn) fiċ-Ċentru tas-Saħħa tar-Rabat. Dan is-servizz 'did se jigwadanjaw minnu r-residenti tar-Rabat, '�ad-Dingli, H'Attard, Mtaħleb, Mdina u l-Kunċizzjoni li qabel kienu jingħataw dan is-servizz miċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta. Biex wieħed ikun jista' jara l-konsulent f'din il-klinika m'hemmx għalfejn ji'i referut mit-tabib imma kull ma jrid jagħmel hu li jċempel ic-Ċentru tas-Saħħa u jingħata ħin għall-appuntament.
Il-ftuħ ta' din il-klinika barra li j'ib is-servizz dejjem eqreb lejn il-klijent, jgħina wkoll biex innaqqsu l-volum ta' xogħol miċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta u hekk tkompli titjieb il-kwalit'� tas-servizzi offruti. L-introduzzjoni ta' dan is-servizz kien possibbli għax qiegħed isir użu aħjar ta' spazju eżistenti f'dan iċ-Ċentru kif ukoll għax il-Gvern impjega aktar podolo'isti biex jaħdmu fiċ-Ċentri tas-Saħħa, kompla jgħid il-Ministru Deguara.
Aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar nies qegħdin jagħmlu użu miċ-Ċentri tas-Saħħa. Sa Settembru li għadda kien hemm żieda ta' aktar minn elf attendenza fil-Medical ConsultantClinics fiċ-Ċentri tas-Saħħa, meta mqabbel ma' l-istess perjodu tas-sena ta' qabel. Dan huwa r-riżultat ta' l-impenn tad-Diviżjoni tas-Saħħa biex aktar nies jattendu fiċ-Ċentri tas-Saħħa u tonqos il-pressjoni ta' xogħol fl-isptar San Luqa.
Għal dan il-għan bħalissa għaddej programm sabiex ji'i stallat apparat ta' arja kondizzjonata fic-Ċentri tas-Saħħa kollha. Dan ser isir f'żewg fażi. L-ewwel fażi tinkludi arja kondizzjonata fit-treatment rooms, G.P Clinics u Dental Clinics. Fit-tieni fażi skedata għas-sena d-dieħla l-arja kondizzjonata ti'i estiza fil-kumplament taċ-Ċentri.
Id-Diviżjoni tas-Saħħa għadha kif lestiet il-pjanti u saret applikazzjoni lill-Awtorit'� ta' l-Ippjanar biex issir estensjoni u modernizzar fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta' Raħal Ġdid. Dan il-pro'ett għandu jittrasforma lil dan iċ-Ċentru f'wieħed modern u attrezzat b'faċilitajiet 'odda biex ikun jista' joffri servizzi ta' kwalit'� lil dawk li jagħmlu użu minnu. Fost is-servizzi 'odda li se jkunu offruti hemm dawk ta' Saħħa Mentali, xogħol soċjali u żieda fis-servizzi tal-Konsulenti. Iċ-Ċentru se jkun ukoll mgħammar kollu kemm hu b'arja kundizzjonata u joffri aċċessibilit'� sħiħa lill-persuni bi bżonnijiet speċjali, temm jghid il-Ministru Deguara.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN