Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU TA' L-AGRIKULTURA U SAJD B'REFERENZA GĦALL-ISTQARRIJA U L-AZZJONI TAL-KOPERATTIVA NAZZJONALI TAS-SAJD TA' DALGĦODU ? ILLUM L-ERBGĦA, L-1 TA' NOVEMBRU, 2000

PR1486
Date Icon 01/11/2000

Il-Ministeru ta' l-Agrikultura u Sajd jirreferi għall-istqarrija maħru'a dalgħodu mill-Koperattiva Nazzjonali tas-Sajd, u għall-attivita` li kien hemm ħdejn il-Cold Stores tal-Pixkerija fil-Belt.

Jidher li l-problema qamet għaliex matul dan il-lejl, kien hemm xi pixxispad maqbud minn numru ta' sajjieda, li ma 'abx il-prezz li ħassew li kellhom jieħdu tiegħu dan l-istess sajjieda. L-ammont kien ta' kważi żew' tunnellati ħut. Għaldaqstant, is-sajjieda kkonċernati ddecidew li ma kienux lesti ibiegħu dan il-ħut b'dan il-prezz u ddepositawh fil-cold store.

Il-Ministeru jixtieq l-ewwelnett ifiehem li l-prezz li l-ħut i'ib fil-Pitkalija jiddependi mill-forzi tas-suq u għalhekk jitla' u jinżel minn jum għall-ieħor. Fil-fatt, tajjeb li ji'u ppublikati ċ-ċifri komparattivi fil-qbid u fil-flus mi'bura, għal żew' kwalitajiet ta' ħut, il-pixxispad u l-lampuki, għax-xhur ta' Ottubru tas-snin 1999 u 2000, li għaddew mill-Pixkerija. Dawn huma kif 'ej –

Piż(kgs) Valur(LM) Prezz Medju
Lm/kg

Lampuki

Ottubru 1999 73,699 89,869 1.22
Ottubru 2000 56,890 99,645 1.75

Pixxispad

Ottubru 1999 12,986 21,067 1.62
Ottubru 2000 12,772 31,069 2.43

Dawn iċ-ċifri juru s-sitwazzjoni attwali kif kienet fix-xahar ta' Ottubru. Minkejja li minħabba f'fatturi naturali li huma barra mill-kontroll ta' kulħadd, 'ie rre'istrat tnaqqis fil-volum tal-qabda ddikjarata, dan ma ssarrafx fi tnaqqis relattiv fid-dħul tas-sajjieda. Fil-fatt jirriżulta li fix-xahar li għadu kemm spiċċa, dawn kellhom dħul nett globali ogħla minn dak fl-istess perjodu fis-sena l-oħra. Din iż-żjieda tidher ukoll fil-prezz medju li 'abu dawn iż-żew' kwalitajiet ta' ħut tul l-istess perjodu.

Dalgħodu kien hemm ukoll xi membri tal-media li 'ew ħdejn il-cold store tal-Gvern ħalli jirrapurtaw dak li kellhom xi jgħidu is-sajjieda. Ma ingħatax permess sabiex jinfetaħ il-cold store fejn qed jinżamm dan il-ħut minħabba f'ra'unijiet ovvji ta' i'jene u food safety. Dawn il-ħut 'ew ikkonsenjati għand id-Dipartiment tas-Sajd sabiex jinżammu fl-aħjar kondizzjoni possibbli sakemm jintlaħaq ftehim fuq il-prezz u jinbiegħu għal konsum tal-pubbliku Malti. Għaldaqstant kellha tittieħed id-deċiżjoni li dan il-ħut ma kellux ji'i esponut għal okkażjoni, fejn, sabiex jittieħdu ritratti ta' ħut li kulħadd kien jaf li qiegħed hemm 'ew, ikun qiegħed ji'i esponut għal riskju ta' deterjorazzjoni fil-kwalita' sanitarja ta' dan l-istess prodott.

Kien hemm ukoll kummenti magħmula mill-Koperattiva dwar it-talba tagħhom għar-ri-introduzzjoni ta' l-iskema ta' prezz garantit għal ħut maqbud mis-sajjieda. Din it-talba, li ilha issir minn mindu kienet twaqqfet l-iskema ta' dakinhar, iktar minn ħames snin ilu, qiegħda ti'i kkunsidrata u qed isiru studji. Fil-perjodu qarib, wara li tkun 'iet mi'bura l-informazzjoni kollha dwar il-qabda reali tal-ħut, mistennija jibdew isiru diskussjonijiet mal-partijiet ikkonċernati kollha sabiex tinstab soluzzjoni għal din it-talba.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow